Kimberley Portelli – Page 78 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

Jirriżenja s-CEO tal-FTS, il-Ministeru rrapporta qablu

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irċieva u aċċetta r-riżenja ta’ Philip Rizzo minn Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Fi stqarrija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni intqal li “fl-ittra tar-riżenja, Rizzo jagħmel allegazzjonijiet foloz u bla bażi kontra l-Ministru Evarist Bartolo li b’xi mod jew ieħor żamm milli jirraporta każi ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.”

Aqra aktar

Mhux se jiġu deportati tfal minn Malta

Fi stqarrija l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għamel referenza għad-dikjarazzjoni ‘Tfal u Migranti bi Protezzjoni Umanitarja Temporanja ’, liema dikjarazzjoni ssostni li l-awtoritajiet Maltin mhux se jibqgħu jġeddu l-istatus magħruf bħala THP. Apparti minn hekk, l-istess dikjarazzjoni ssostni li immigranti li jkunu ħarbu minn sitwazzjoni ta’ taqlib ċivili jew persekuzzjoni għandhom jingħataw protezzjoni.
Aqra aktar

Il-PM jibda ż-żjarat – jiltaqa’ l-ewwel ma’ Hollande

Illum il-Prim Minsitru ta’ Malta, Joseph Muscat, beda l-vjaġġi marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Hu se jkun qed iżur seba’ pajjiżi f’erbat ijiem fejn se jkollu laqgħat ma’ mexxejja biex jiġu diskussi l-prijoritajiet.

Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-President Franċiż Francois Hollande.

Aqra aktar

POLL: maġġoranza ma taqbilx mal-kwota ta’ nisa fl-elezzjonijiet

Stqarrija riċenti li għamlet il-Kummisjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qajmet ħafna agħa fost il-pubbliku ġenerali. Dan minħabba li kienet tgħid li f’każ ta’ rappreżentanza ta’ inqas minn 30% ta’ kandidati nisa għall-elezzjoni li jmiss, persentaġġ li jiżdied għal 50% fis-snin li ġejjin, il-lista għandha tiġi mwarrba mill-Kummisjoni Elettorali.

Aqra aktar

Send this to a friend