Kimberley Portelli – Page 76 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

Ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta

Wara xhur ta’ ħidma u konsultazzjoni, illum ġiet ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta, li tindirizza l-isfidi tal-belt kapitali b’mod kordinat filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-ħtiġijiet tal-belt ma’ dawk tar-residenti, in-negozji u dawk kollha li jżuruha jew jaħdmu fiha.

L-istrateġija kienet ġiet varata f’Ġunju li għadda mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar. Mat-tnedija, kienet infetħet konsultazzjoni pubblika mifruxa fuq sitt ġimgħat. F’dan il-perjodu, anke permezz ta’ laqgħa mal-pubbliku, kulħadd kellu l-opportunità jaqsam ħsibijietu dwar il-Belt Valletta u dak li hemm bżonn isir biex tkun belt ħajja, min-nies għan-nies.
Aqra aktar

“L-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern għal maturità fil-proċess politiku”

“Din hija l-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern biex ikun hemm maturità fil-proċess politiku”. Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech meta kien qed jagħlaq id-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

Huwa qal li din il-liġi se ġġib aktar kontabilità fil-ħajja pubblika. Flimkien ma’ riformi oħra, se tkun strumentali biex jiġu definiti partijiet mil-landscape politiku tal-futur u se tinforza l-mod kif in-nies iħarsu lejn dawk l-individwi li jkunu fil-ħajja pubblika.

Aqra aktar

Tqum minn koma kif kienu se jitfu l-magna li kienet qed iżżommha ħajja

Marwa, tifla mill-Alġerija, kellha biss sena meta s-sistema tan-nervaturi tagħha sfat attakkata minn virus. It-tifla ta’ sena kienet diġà qed tiġġieled biex tgħix, u dan il-virus m’għamilx din is-sitwazzjoni waħda faċli.

Il-ġenituri tagħha kienu ferm inkwetati fejn ħaduwa l-isptar. It-tobba kif rawha ma kellhomx aħbar tajba hekk kif kellhom ipoġġuha f’koma biex forsi jsibu mod kif isalvawla ħajjitha.
Aqra aktar

Unur għall-passjoni u l-avventura

Il-LifeCycle Challenge daħlet fil-kalendarju ta’ kull min hu għatxan għall-avventura u li jixtieq jikkontribwixxi fil-kura tal-mard tal-kliewi.

Għal Alan Curry, fundatur tal-istess sfida, dan kollu wassal biex ftit jiem ilu ngħata Midalja għas-Servizz lill-Malta fil-Premju Ġieħ ir-Repubblika. Premju li kien sorpriża għalih, għaliex għalkemm jaf li dak li ħoloq qed iservi ta’ ġid, l-ewwel u qabel kollox l-isfida u l-avventura jibqgħu l-passjoni tiegħu.

Aqra aktar

Għaddejjin tajjeb fil-padiljun il-ġdid

Sportivi li jipprattikaw il-Judo tkellmu dwar kif bil-padiljun il-ġdid inawgurat kmieni dan ix-xahar, il-ħajja tagħhom f’dan l-isport saret ferm iktar faċli. Fil-programm PJAZZA spjegaw kif daqshekk uħiegħ ta’ ras meta jiġu biex jorganizzaw attività u saħansitra uffiċjali tal-Judo fakkru kif fil-faċilitajiet kien hemm min weġġa’.

Aqra aktar

6,086 rapport ta’ serq f’disa’ lokalitajiet f’sitt snin – l-iktar f’Raħal Ġdid

Bejn l-1 ta’ Jannar tal-2010 u t-30 ta’ Novembru 2016, ġew irrapurtati total ta’ 6,086 serqa lill-Pulizija mil-lokalitajiet taż-Żejtun, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, il-Fgura, Ħal Għaxaq, Ħal-Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja u Santa Luċija.

Din l-informazzjoni ħarġet meta l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, irrisponda għall-mistoqsija li għamel id-Deputat Laburista Etienne Grech, fejn il-Ministru ppreżentalu tabella bl-ammont ta’ serq minn kull lokalità f’kull sena bejn l-2010 u l-2016.

Aqra aktar

L-Annimali fuq il-catwalk fil-Peru!

Fuq il-catwalk imdorrijin naraw il-mudelli, iżda fil-Peru huma l-annimali li qed jisirqu l-attenzjoni!

Dan hekk kif huma wkoll daħlu fl-ispirtu tal-Milied, u b’ilbies aħmar u assoċjat ma’ dan iż-żmien ferrieħi, xejn inqas minn tmenin annimal – klieb, fniek, u anki fkieren, ħadu sehem fil-kompetizzjoni annwali msejħa “Pet Noel” f’Lima.

Aqra aktar

Send this to a friend