Kimberley Portelli – Page 75 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

Żagħżugħ minn San Ġwann jirbaħ il-Premju Żagħżugħ tas-Sena

Il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2016 organizzat mill-Moviment Kerŷgma din is-sena intrebaħ minn James Borg Cumbo minn San Gwann.  Ir-rebbieħ tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, ġie mħabbar mill-President tal-Moviment Kerŷgma, is-Sinjura Bernice Micallef.  Ingħata wkoll Ċertifikat ta’ Rikonoxximent Speċjali lil Sara Portelli minn Birkirkara għax-xogħol volontarju li wettqet favur il-kultura tal-ħajja speċjalment għal dawk li m’għandomx vuċi kif ukoll għal ħidma tagħha fi ħdan il-Komunità Franġiskana.

Il-preżentazzjoni tat-trofew saret mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, fi tmiem ta’ quddiesa li saret fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat, il-Ġimgħa, 3 ta’ Frar 2017.  Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja kien hemm ir-raġel tal-President is-Sur Edgar Preca, il-Prof. Emanuel P. Delia, Ċermen tal-APS Bank li sponsorjaw l-okkażżjoni u s-Sinjura Bernice Micallef, President tal-Moviment Kerŷgma, Dr George Hyzler Ċerman tal-Board tal-Għażla u mistednin oħra.

James Borg Cumbo huwa  żgħażugħ ta’ 25 sena minn San Gwann jaħdem ma’ kumpanija tal-insurance.  Fl-2012, James mar ma’ sħabu għal youth exchange ġewwa l-Fillandja.  Hawn il-parteċipanti kienu mħeġġa jirriflettu fuq ir-realtajiet tal-ħajja li hinn minn xtutna u għalhekk tkebbset ġewwa fihom il-ħajra li jagħmlu esperjenza missjunarja.  Minn hawn nibtet l-idea ta’ Karibu! Malta (Karibu tfisser Merħba bis-Swahili).

Aqra aktar

Is-sbejħa Maltija ddur id-dinja mat-taraġ ta’ Kastilja

“Li nieħu sehem f’Miss Universe minn dejjem kienet ħolma għalija, u li qed nirrappreżenta lil pajjiżi wara 15-il sena milli tieħu sehem huwa unur kbir.”

Hekk qalet Martha Fenech, is-sbejħa Maltija li qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni ta’ Miss Universe ġewwa l-Filippini, f’filmat qasir b’xenarju mill-isbaħ minn madwar Malta. Filmat li intwera għal aktar minn 66,000 darba wara li tpoġġa fuq il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe, paġna li għandha ‘l fuq minn seba’ miljun segwaċi.

Aqra aktar

Isiru jafu għalfejn is-Samsung Note 7 bdew jieħdu n-nar

Samsung għadhom kif ħabbru li r-raġuni wara l-problema li kellu l-Galaxy Note 7, li beda jieħu n-nar mix-xejn, kienet minħabba difett fil-batterija.

Il-kumpanija Samsung sostniet li l-problema mhix fis-software u lanqas fil-hardware, iżda fil-batteriji biss.

L-istess kumpanija qalet li se tkun qed tieħu kull responsabbiltà għal din il-problema u se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex din il-problema ma terġax tirrepeti ruħha.

200 student għall-kors tal-istampar fl-MCAST

Madwar mitejn student bdew isegwu l-kors fl-istampar fl-MCAST.

Kors li nbeda wara d-domdana fis-suq bil-miġja ta’ Crane Currency f’Malta u l-konferma li d-De La Rue se tinvesti iktar.

Qal dan iċ-ċermen tal-Kulleġġ Malti Għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, Silvio Debono,  meta kien qed jieħu sehem fil-programm ONE NEWS Breakfast.

Aqra aktar

Ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta

Wara xhur ta’ ħidma u konsultazzjoni, illum ġiet ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta, li tindirizza l-isfidi tal-belt kapitali b’mod kordinat filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-ħtiġijiet tal-belt ma’ dawk tar-residenti, in-negozji u dawk kollha li jżuruha jew jaħdmu fiha.

L-istrateġija kienet ġiet varata f’Ġunju li għadda mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar. Mat-tnedija, kienet infetħet konsultazzjoni pubblika mifruxa fuq sitt ġimgħat. F’dan il-perjodu, anke permezz ta’ laqgħa mal-pubbliku, kulħadd kellu l-opportunità jaqsam ħsibijietu dwar il-Belt Valletta u dak li hemm bżonn isir biex tkun belt ħajja, min-nies għan-nies.
Aqra aktar

“L-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern għal maturità fil-proċess politiku”

“Din hija l-ewwel darba li kien hemm impenn min-naħa tal-Gvern biex ikun hemm maturità fil-proċess politiku”. Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech meta kien qed jagħlaq id-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

Huwa qal li din il-liġi se ġġib aktar kontabilità fil-ħajja pubblika. Flimkien ma’ riformi oħra, se tkun strumentali biex jiġu definiti partijiet mil-landscape politiku tal-futur u se tinforza l-mod kif in-nies iħarsu lejn dawk l-individwi li jkunu fil-ħajja pubblika.

Aqra aktar

Send this to a friend