Kimberley Portelli – Page 73 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

“X’hemm isbaħ?” – Joseph Muscat

Il-Prim Minsitru ta’ Malta, Joseph Muscat, f’messaġġ fuq Twitter kiteb “x’hemm isbaħ għal Malta li tiċċelebra l-ewwel ta’ Mejju bl-ogħla livell ta’ impjieg, l-inqas rata ta’ qgħad u żieda fil-paga minima.”

Dawn huma ftit mill-kisbiet ta’ Gvern Laburista tul dawn l-aħħar erba’ snin ta’ tmexxija. Filfatt kien propju ftit tal-jiem ilu li ġie ffirmat il-qbil li se jkun qed iwassal biex madwar 5,000 persuna li bħalissa qed jitħallsu b’paga minima se jkunu qed jingħataw żieda ta’ €8 fil-ġimgħa mill-2019. Kisba li żgur mhux forsi se tkun qed titniżżel fil-paġni tal-istorja ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: “Allegazzjonijiet BLA PROVI u purament SPEKULATTIVI”

  • Jirreaġixxi l-Ministru Konrad Mizzi

B’reazzjoni għal artiklu fit-Times of Malta bit-titlu “Tax probe ‘missed’ Pilatus Bank accounts”, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Dħul qal li l-allegazzjonijiet qed isiru migħajr provi u huma purament spekulattivi, apparti li ma jirriflettux il-mod ta’ kif dawn it-tipi ta’ każijiet jiġu investigati.

It-Tax Compliance Unit (TCU)  ikkonferma li l-ebda każijiet ta’ awditjar ma nfetħu jew reġgħu nfetħu mill-ġdid.

Aqra aktar

“Simon Busuttil falz – jippriedka l-governanza, iwettaq l-illegalità”

Minkejja li kien propju fil-Mellieħa qrib il-kumpanija li esiġa mingħandna d-donazzjonijiet illegali, fil-jum li ħarġet konferma li Simon Busuttil ngħata €600,000 għall-pagi tal-ogħla żewġ uffiċjali tiegħu, l-Kap Nazzjonalista ma lissinx kelma waħda, qal hekk il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL qal li kien mitluf, ma jafx x’ħa jaqbad jgħid. Issa li ħarġet ukoll it-tieni kumpanija li ma tirriklamax imma Simon Busuttil ħareġ invoices foloz fuqha, l-Kap Nazzjonalista tilef il-kredibilità fuq kull ħaġa li jgħid.

Aqra aktar

“B’mod ċar Simon falz għandu jwieġeb: min hemm wara l-invoices foloz?”

B’mod ċar Simon Busuttil għandu jwieġeb min hemm wara l-invoices foloz.

Dan kien il-punt ewlieni li saħqu dwaru l-Ministru Owen Bonnici u d-deputat Laburista Charles Mangion waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Charles Mangion spjega li issa l-Partit Laburista ilu erba’ ġimgħat jistaqsi fuq skandlu li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil. Qal li dan hu kap tal-Oppożizzjoni li filwaqt li jitkellem fuq il-governanza tajba, trasparenza u onestà, imur jitlob lill-imprendituri jħallsulu l-pagi. Jitlob hu stess, ma jinqeda b’ħadd u dan għamlu b’omertà kbira anke minn uħud minn sħabu stess.

Aqra aktar

X’aktarx għada se jkollok bżonn umbrella

Marzu Marzellu, in-nanna toħroġ il-moxt u r-rixtellu. Hekk jgħid kliem ix-xiħ dan hekk kif f’Maru dejjem ikun mistenni li tagħmel dik il-kesħa fina li jħossha kulħadd, anke l-annimali. Iżda tul dawn l-aħħar jiem, filwaqt li kellna riħ qawwi, kellna jiem mimlija xemx iżda dan mhux se jdum.

Dan minħabba li rapport tat-temp fuq il-paġna Malta Weather juri li x’aktarx għada se jkollna nerġgħu nġorru l-umbrella u l-ġakketta tax-xita għax riesaq il-maltemp lejn il-gżejjer Maltin.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jixxuttja qattusa għal isfel – jiġbru 8,000 firma kontrih

Raġel mil-Lebanon, John Saad, poġġa filmat fuq is-sit soċjali Facebook jittortura żewġt iqattusa jumejn infila u issa 8,000 persuna qamu kontrih permezz ta’ petizzjoni.

F’wieħed mill-filmati li ttellgħu minnu onlajn jidher qed iħares lejn il-kamera u jixxuttja qattusa li kienet aljenata, bil-qattusa ‘ittir’ għal isef.

Kienu diversi persuni li ngħaqdu flimkien u ħolqu petizzjoni onlajn kontra Saad, fejn indirizzaw din il-petizzjoni lill-President tal-Lebanon Michel Aoun, lill-Ministru għall-Agrikoltura tal-Lebanon, Ghazi Zeaiter, u l-Ministru tal-Agrikoltura għall-Ġustizzja, Salim Jreissati. S’issa 8,000 persuna ffirmat din il-petizzjoni fejn qed titlob lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni fuq dak li seħħ.

Aqra aktar

Linji gwida għat-tismija ta’ toroq, ġonna u kull post pubbliku ieħor

Il-Kumitat għat-tismija tat-toroq ħabbar linji gwida għat-tismija ta’ toroq, ġonna u kull post pubbliku ieħor, waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kienu mistiedna wkoll il-Kunsilli Lokali.

Waqt l-istess konferenza ngħad kif għandu jkun evitat l-użu ta’ ismijiet twal ta’ toroq filwaqt kif għandha tiżamm it-topografija tal-lokal. Ingħad ukoll li qed jiġi kkunsidrat li triq li ddur f’kisra ta’ 90grad, tingħata isem differenti.

Se jkunu qed isiru bidliet ukoll fl-innumerar tal-bibien, fejn għad hemm każijiet li diversi bibien għadhom mingħajr numru.

MALTIN FIL-BŻONN: se jiżżewġu ta’ malajr għax il-missier qed imut

Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.

Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.

Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.

Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.

Aqra aktar

Send this to a friend