Kimberley Portelli | One News - Part 6

Kimberley Portelli

Notifiki

Ebda persuni midruba serjament b’rabta mal-maltemp

Ebda persuni ma ndarbu serjament matul il-jum tal-bieraħ u llum b’rabta mal-maltemp kiefer li ħakem il-gżejjer Maltin.

Ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn qal kif ma ddaħħlet ebda persuna midruba serjament f’Mater Dei li ġarrbet ġrieħi serji li ġew ikkawżati mill-maltemp.

Fil-messaġġ tiegħu hu rringrazzja lit-tim tal-emerġenza għall-ħidma kontinwa tagħhom.

 

Il-pieni għal min jaħqar l-annimali se jirdoppjaw – €2,000 għal min jinqabad l-ewwel darba

Persuna li tinqabad taħqar annimal se tingħata piena aktar ħarxa bil-multa mistennija tirdoppja meta mqabbla mas-sena 2014 u anke tiżdied b’erba’ darbiet meta mqabbla mal-2011.Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal:

“L-aktar bidla notevoli tkun li a first time offender il-minimu se jkun qed jirdoppja, bis-somma titla għal €2,000, meta kkumparat mal-2011 se jkun qed jiżdied b’erba’ darbiet aktar.”

Aktar kmieni din il-ġimgħa, s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri, ħabbar kif daħħal abbozz fil-Parlament biex issir emenda f’din il-liġi u b’hekk jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali.

Huwa kompla billi qal: “Il-liġi ġiet ippreżentata għall-ewwel qari. Fil-jiem li ġejjin se nkomplu niddiskutu l-abbozz tal-emendi ta’ din il-liġi sabiex mbagħad ikun approvat mill-parlament.”

Intant iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Ħarsien għad-Drittijiet tal-Annimali, Nevise Borg Caligari, spjegat kif din l-aħbar niżlet għasel ma’ dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali, bl-interess ewlieni issa jkun li dawn il-pieni jiġu attwati.

Nevise Borg Caligari ċ-Chairperson tal-Animal Welfare Committee qal: “Għal kull min għandu għall-qalbu l-annimali li jiħraxu l-pieni hi aħbar sabiħa ħafna. Ovvjament wieħed jispera li mhux biss ikun hemm il-liġi u l-pieni jkunu iktar ħorox iżda li jiġu attwati.”

Borg Caligari qalet kif din l-emenda rridu narawha ssir fis-seħħ u kif ebda moħqrija m’għandha tiġi aċċettata kemm jekk l-ewwel darba u aktar u aktar jekk it-tieni darba.

Hija kompliet tirrimarka : “Il-pieni qiegħdin hemmhekk u ovvjament ladarba tidħol il-liġi għandhom jidħlu wkoll fil-qrati tagħna.”

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif il-messaġġ li jrid iwassal dan il-Gvern hu li mhux se jkun ittollerat assolutament ebda krudeltà fuq l-annimali u għalhekk qed tiġi proposta din l-emenda.

Dar residenzjali oħra għall-priġunieri fil-komunità

Il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali flimkien mal-Fondazzjoni RISE ffirmaw ftehim ta’ aktar minn nofs miljun ewro li se jwassal għall-ftuħ ta’ dar oħra fil-Belt li se tilqa’ fiha 12-il priġunier li jkunu waslu biex joħorġu mill-ħabs u jkunu jridu jħejju ruħhom biex jergħu lura bħala membri riformati fis-soċjetà.

Aqra aktar

Send this to a friend