Kimberley Portelli | One News - Part 53

Kimberley Portelli

Notifiki

ONE b’xandira speċjali għall-Budget 2018

Fil-jum li fih jitħabbar il-Budget għall-2018, l-istazzjon ONE kif ukoll is-sit one.com.mt se jkun qed iżomm lis-segwaċi tiegħu aġġornati permezz ta’ programm speċjali u l-aħħar aġġornamenti.

Fil-17:30 se tkun qed issir l-ewwel parti tax-xandira speċjali fuq ONE,  fejn se jkunu qed isiru għadd ta’ kollegamenti minn  quddiem il-Parlament, b’mistednin speċjali fosthom Ministri, opinjonisti u ġurnalisti.Aqra aktar

Aktar minn 400 avveniment matul Valletta 2018

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 nediet il-Programm Kulturali għall-2018: ġabra ta’ aktar minn 140 proġett u 400 attività li se jseħħu matul is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Il-programm se jiftaħ fl-20 ta’ Jannar, b’serje ta’ attivitajiet spettakolari fil-Belt Valletta u l-madwar li jistiednu lill-udjenzi biex jieħdu sehem f’din il-festa mifruxa madwar il-gżira. Il-Programm Kulturali huwa inklussiv u varjat, li jinvolvi lil diversi komunitajiet u li jikkonsisti minn proġetti minn dixxiplini differenti, inkluż il-mużika, l-arti viżiva, iż-żfin u l-prestazzjoni, biex insemmu xi wħud.Aqra aktar

Il-profili li jiġbdu l-eluf lejn Malta

L-irwol tal-midja soċjali llum il-ġurnata sar importanti ħafna għal bosta negozji u kif ukoll personaġġi sabiex jirriklamaw lilhom infushom jew forsi xi prodott li jaħsbu jimxi tajjeb mas-segwaċi tagħhom. Iżda dan mhux biss hekk kif il-meravilja li toffri Malta hi kważi biżżejjed biex tikkonvinċi lil dawk li kellhom xi ħsieb li jżuru Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend