Kimberley Portelli

Tingħalaq proċedura ta’ ksur fil-konfront ta’ Malta

L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru rċieva l-konferma li l-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea għalaq proċedura ta’ ksur fil-konfront ta’ Malta. F’dan il-każ il-proċedura bdiet fl-2012 meta l-Unjoni Ewropea rċieva numru ta’ ilmenti minn ċittadini tal-Unjoni Ewropea dwar ħlasijiet differenti tat-tariffi tal-enerġija.

Il-Kummissjoni iddikjarat li ċittadini tal-Unjoni Ewropea kienu qed iħallsu tariffa domestika li kienet 30% ogħla minn dik residenzjali.

Aqra aktar

Wieġeb ħati biex jaqta’ fil-qasir

Taljan li f’ pajjiżna żelaq minn soll tat-tieqa għal fuq tinda f’ lukanda u kkawżalha ħsara ddeċieda li jwieġeb ħati li kkawża ħsara volontarjament biex jitħalla jitlaq lura pajjiżu.

Għalkemm fil-bidu Sihel Zigai Sinahs wieġeb mhux ħati għaliex il-ħsara ma għamilhiex attapposta, bidel il-verżjoni tiegħu meta nduna li l-każ seta’ jkarkar ix-xhur.

Aqra aktar

“Simon Busuttil f’paniku malli nduna li Malta diġà daħħlet iktar minn €300 miljun mill-IIP”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tgħid li malli ġie ppubblikat ir-rapport tar-regolatur indipendenti li kkonferma kemm il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qed iwassal għal suċċess bla preċedent f’pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni nħakem minn disprament politiku.

Aqra aktar