Kimberley Portelli – Page 16 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

L-Ajruport jilqa’ aktar minn żewġ miljun passiġġier fix-xitwa

  • Ix-xhur tax-xitwa raw żieda ta’ 5.9% fuq l-istess medda ta’ żmien is-sena ta qabel
  • Novembru kien ix-xahar tax-xitwa li kiber bl-aktar rata mgħaġġla ta’ 11.8%
  • L-ajruport issa nieda l-iskeda tiegħu tas-sajf, b’bosta rotot ġodda u linja tal-ajru ġdida

Aktar minn żewġ miljun passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fix-xhur tax-xitwa; minn Novembru sa Marzu. Dan wassal lill-kumpanija sabiex tirreġistra tkabbir ta’ 5.9% fit-traffiku fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel.

Din iż-żieda fil-movimenti tal-passiġġieri kienet osservata b’mod parallel ma’ żieda ta’ 8.1% fil-movimenti tal-ajruplani u żieda ta’ 7.6% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Is-seat load factor (SLF) għall-istaġun kien ta’ 76.0%.

Skeda ta’ titjiriet imtejba għax-xhur tax-xitwa kienet fattur importanti fil-kisba ta’ dawn ir-riżultati pożittivi tat-traffiku li, għal darba oħra, affermaw li l-gżejjer Maltin qed isiru destinazzjoni dejjem aktar popolari anki barra mix-xhur tas-sajf, f’konformità mal-istrateġija tat-turiżmu sabiex tiġi indirizzata l-istaġjonalità.Aqra aktar

“Lejn iktar bidliet ambizzjużi” – il-PM

Lejn iktar bidliet ambizzjużi

Quddiem folla mdaqqsa f’Marsaskala, l-Prim Ministru enfasizza l-ħtieġa li biex Malta tibqa’ tkun ħielsa u suċċess trid tkompli tinbidel.

Mill-bidliet leġiżlattivi għal oħrajn f’entitajiet bħal Air Malta u r-riformi li jridu jsiru biex jiżdiedu n-nisa fil-politika, Joseph Muscat tkellem kif irid ikun dan il-moviment u issa li jwettaq il-bidliet meħtieġa.

Spjega fid-dettall il-mod kif il-gvern mexa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.  “Din il-ġimgħa ħadna deċiżjoni storika li bħala pajjiż inbiddlu partijiet mil-liġijiet tagħna li ilhom fostna sa minn qabel l-indipendenza u qabel,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar kif il-gvern kien talab  lill-Kummissjoni Venezja biex tiġi tagħmel stima ta’ dak li jaraw f’pajjiżna. “Ħarġu b’suġġerimenti ta’ dak kollu li għandna nbiddlu. Irrid infakkar li meta ħadna din id-deċiżjoni… filwaqt li l-gvern laqa’ lil dawn in-nies barranin li ġew jagħmlu din l-analiżi, l-oppożizzjoni qalet li m’għandniex xi rriduhom,” qal il-Prim Ministru li tenna kif dan il-kontra ta’ dak li jiġri f’pajjiżi oħra.

“Ġew u raw il-liġijiet kollha tagħna… għamlu lista’ ta’ rakkomandazzjonijiet,” spjega il-Prim Ministru li tenna kif ħafna drabi din il-Kummissjoni taqbad ma’ liġijiet li jkun għamel il-gvern tal-ġurnata. “F’pajjiżna din il-kummissjoni ma sabitx x’tikkritika lanqas liġi waħda li għamilna aħna. Minflok qabdu ma’ punti, affarijiet li ilhom fil-liġijiet tagħna sa minn żmien l-indipendenza u anke qabel,” sostna l-Prim Ministru li nnota l-kummenti tal-oppożizzjoni u qal: “Mela għax m’għamiltuhomx?!”

Il-Prim Ministru nnota li dawn huma liġijiet li għaddew mit-test meta dħalna fl-Unjoni Ewropa. Iżda sostna li l-gvern m‘għandux problema li jaġġorna maż-żminijiet. “Ridna l-ħin biex naraw ir-rakkomandazzjonijiet… Ridna naraw l-affarijiet fid-dettall u f’inqas minn 100 ġurnata diġa’ terz minnhom se nibdew il-proċess minn għada stess sabiex nibdluhom,” qal Joseph Muscat.

Semma wkoll kif diġa’ għamilna bidliet fil-mod kif tinħatar il-ġudikatura u hemm suġġerimenti oħra fejn diġa’ nipprattikawhom anke jekk mhux miktuba bħal dik fejn jingħad li l-President tar-Repubblika jinħatar b’żewġ terzi.

“Ġimagħtejn oħra bħala Parlament sħiħ se nivvotaw favur il-ħatra ta’ Dr George Vella. Se tkun it-tielet darba konsekuttiva li l-parlament se jivvota b’mod sħiħ favur din il-ħatra,” fakkar il-Prim Ministru.Aqra aktar

“Flimkien negħlbu l-mibegħda u t-terroriżmu”

Flimkien negħlbu l-mibegħda u t-terroriżmu. Dan kien il-messaġġ ewlieni fiċ-Ċentru Iżlamiku f’Raħal Ġdid, fejn qed jittella’ vġili biex ifakkar il-vittmi tal-attakk terroristiku fil-moskei fi Christchurch fi New Zealand, u biex juru l-gratitudni tal-komunità Musulmana għall-Gvern ta’ New Zealand għall-attitudni nobbli u ġusta tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend