Kimberley Portelli – Page 15 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

Tibda t-tieni fażi tar-restawr fuq il-Victoria Lines, fin-naħa tal-Għargħur

Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jibda x-xogħlijiet ta’ restawr fuq parti oħra ta’ din il-fortifikazzjoni li tinsab fil-Għargħur (fil-parti magħrufa bħala Top of the World).

Aqra aktar

Ħamest iklieb ġodda għal mas-sezzjoni tal-K9 tal-Pulizija

Holly, Coop, Blaze, Nero u Shultz, huma ħamest iklieb tar-razza Belgian Malinois li se jingħaqdu mas-sezzjoni tal-K9 tal-Pulizija wara taħriġ estensiv.

Is-Surġent tal-Pulizija, Matthew Attard, spjega kif il-klieb, li ġew iffinanzjati mill-bank HSBC, jingħataw taħriġ speċjalizzat fuq medda ta’ bejn sitt xhur u sena biex b’hekk ikunu lesti biex jiġġieldu l-kriminalità.

Aqra aktar

Nhar il-Ħamis tibda tiġi diskussa l-liġi tal-kremazzjoni fil-Parlament

Fi tmiem konsultazzjoni pubblika, il-Gvern ħabbar id-dettalji tal-liġi li l-Ħamis se tibda tiġi diskussa fil-parlament dwar id-dħul tal-kremazzjoni f’Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal din il-liġi tinkludi fiha sottomissjonijiet li saru min-naħa tal-pubbliku, fosthom reġistru nazzjonali li fih il-Maltin se jkun jistgħu jniżżlu isimhom biex jinħarqu flok jindifnu wara mewthom.

Aqra aktar

Inqas persuni jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali

Tul is-sena li għaddiet anqas persuni kienu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.

Dan joħroġ minn stqarrija tal-Uffiċċjali Nazzjonali tal-istatistika li turi mis-sena elfejn u tlettax sal-lum dawk dipendenti fuq il-benefiċċju tal-qgħad naqqsu b’aktar minn elfejn u mija sabiex in-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward naqqset b’aktar minn nofs.Aqra aktar

Send this to a friend