Kimberley Portelli – Page 11 – One News

Kimberley Portelli

Notifiki

Marie u Rosie qed ifittxu familja li lesta tħobbhom wara li ġew abbandunati fit-triq

Marie u Rosie huma żewġt iqtates ħelwin ta’ seba’ xhur li qed ifittxu familja li lesta tħobbhom b’qalbha kollha wara li ġew abbandunati fit-triq.

Rosie, qattusa ta’ lewn griż, għandha l-vaċċini kollha u hi msewwija, u għandha minkejja li għall-ewwel jaf tistħi madwar nies ġodda, mill-ewwel tibda tfittex l-attenzjoni għal ftit imħabba. Is-sid ideali għal Rosie għandu jkun persuna mingħajr tfal li għadhom żgħar fl-età.

Min-naħa l-oħra, Marie, il-qattusa ġinġrija, hi qattusa kunfidenti ħafna u li  lesta li tagħmel kollox basta tirċievi l-attenzjoni u l-imħabba. Marie għandha l-vaċċini kollha u hi wkoll imsewwija.

Aqra aktar

Casa jirringrazzja lill-eks Kapijiet iżda mhux lil Delia

L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa kompla joħroġ fil-beraħ il-qasma fil-Partit Nazzjonalista wara li ħareġ jagħti ħajr pubblikament lill-ex kapijiet tal-Partit Nazzjonalista iżda għażel li jħalli barra lill-Kap attwali tal-Partit Adrian Delia.

David Casa magħruf għall-appoġġ tiegħu lill-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mar fuq Facebook biex jirringrazzja lil dawk li b’xi mod kienu ta’ għajnuna għalih biex reġa’ tela’ fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Isma’ r-reazzjoni tal-MEP Josianne Cutajar – l-ewwel MEP Għawdxija fil-Parlament Ewropew

“Nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-fiduċja li fijja personalment iżda wkol ldawk kollha li wrew fiduċja fil-kandidati sħabi biex flimkien ġibna mhux biss l-akbar rebħa storika. Xi ħaġa li turi kemm in-nies verament iridu l-għaqda u mhux il-firda u mhux ħafna tidwir u nuqqas ta’ viżjoni iżda nirringrazzjahom ukoll għall-fatt li eleġġejna erba’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew.” Aqra aktar

“Huwa unur u privileġġ kbir għalija li ser nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi fil-PE” – l-MEP Alex Agius Saliba

“L-ewwel nett nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu tal-fiduċja. Huwa unur u privileġġ kbir għalija li ser nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi u anke lill-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew. Ilbieraħ kien jum mimli emozzjonijiet, spiċċjana l-proċess għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu.”Aqra aktar

Send this to a friend