Kelly Peplow – Page 43 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

F’għeluq sninu, il-PM jagħżel 10 diski favoritu biex jindaqqu fuq ONE Radio…..x’inhuma?

It Tlieta, 22 ta’ Jannar, 1974. Il-kanzunetti You’re Sixteen ta’ Ringo Starr u Tiger Feet ta’ Mud kienu qed jidwu fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

F’Malta, eżattament f’Burmarrad, bdiet tidwi il-bikja ħelwa ta’ tifel li 39 sena wara kellu jkun Prim Ministru ta’ Malta. Bniedem ta’ determinazzjoni qawwija imma bniedem li jaf jisma’. Joseph Muscat.

Lil hinn mill-politika, x’mużika jħobb jisma l-Prim Ministru?Aqra aktar

4,219-il persuna rrappurtati nieqsa f’sitt snin

Bejn l-2013 u l-2018, l-għadd ta’ persuni irrapurati nieqsa kien ta’ 4,219.

Meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal minn dawn instabu 4,030.

Bejn l-2016 u s-sena l-oħra, kienu ħafna aktar nisa milli rġiel li ġew irrapurtati nieqsa. Żdiedu wkoll sew l-għadd ta’ minuri.

Sena Irġiel Nisa Total Misjuba Għadhom

Nieqsa

Minuri 18 sa 59 sena 60 sena u aktar Età mhux magħrufa
2013 399 150 549 494 55 288 218 42 1
2014 399 198 597 544 53 265 287 44 1
2015 259 230 489 476 13 219 235 30 5
2016 235 602 837 825 12 558 240 38 1
2017 311 638 949 932 17 655 254 38 2
2018 280 518 798 759 39 382 356 58 2

 

Membri Parlamentari Ingliżi se jressqu proposti biex jemendaw l-abbozz Brexit

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jressqu proposti biex ikun emendat l-abbozz dwar Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Dan fl-istess waqt li May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit.

Il-Prim Ministru May qalet li l-ewwel kwistjoni li se tiddiskuti mal-MPs tagħha hija dik tal-fruntieri Irlandiżi. Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m’għandhiex l-iċken idea ta’ kemm hemm persuni li se jopponu l-abbozz tagħha.

Jidher ukoll li fost il-proposti mressqa mill-Membri Parlamentari Ingliżi hemm li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tkun estiża bi ftit xhur.

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

Qed jirkupra l-Isptar wara li ħa ammont kbir ta’ droga qabel ma ddaħħal il-ħabs

Raġel li kien qed jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinsab stabbli fl-ITU wara li ttieħed għal osservazzjoni minħabba li kien ħa doża qawwija ta’ droga.

Kelliem għall-Ministeru għall-Intern spjegat ma’ one.com.mt li jidher li r-raġel ħa d-droga qabel ma ttieħed Kordin. Uffiċjali tal-ħabs imbagħad bdew jinnutaw li l-imġieba tiegħu ma kinitx normali, u kien ordnat li dan jittieħed l-isptar għall-osservazzjoni. Minkejja l-ammont ta’ droga li ħa, ir-raġel qed jirkupra l-ITU u jinsab f’qagħda stabbli.

Intant, inkjesta interna għadha għaddejja fil-ħabs biex ikun determinat x’ġara eżatt f’dan il-każ.

Miżuri Ewropej kontra l-kompetizzjoni fit-tassazzjoni kontra l-interessi ta’ Malta

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni tat-taxxa. Dan qalu Alfred Sant meta tkellem dwar l-isfidi li se jkollha Malta fix-xhur u s-snin u ġejjin waqt diskussjoni dwar it-tmexxija taż-żona Ewro f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.Aqra aktar

It-393 immigrant li ġew salvati lbieraħ jintbagħtu lura l-Libja

It-393 immigrant li lbieraħ ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Libjana ntbagħtu lura l-Libja t-Tnejn. Il-midja Taljana rrapportat li 143 minn dawn l-immigranti rritorna Tripli, 144 marru lura Misurata, u 106 intbagħtu al-Khoms.

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio qal li l-Italja sejħet għall-Gwardja tal-Kosta Libjana biex dawn l-immigranti jkunu salvati minn fuq il-baħar.

Fuq Twitter, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li grazzi għall-kollaborazzjoni, kuntrabandisti, traffikanti, u l-mafja għandhom jifmhu li n-negozju tagħhom intemm, u li l-portijiet Taljani għadhom magħluqa.

Is-suċċess ta’ Malta huwa grazzi għal poplu ħabrieki u kburi li huwa dehen Malta- Noel Cassar

F’attivita’ politika fiż-Żurrieq, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew, Noel Cassar, insista li hu kburi li jifforma parti minn dan il-moviment Progressiv, b’ideal soċjalisti taħt il-gwida ta’ statista kbir, Mexxej u Prim Ministru Joseph Muscat.

Hu spjega li l-pajjiż miexi b’ekonomija b’saħħitha li qatt ma’ kien hawn bħalha, tkabbir bla preċedent. Dan jidher ċar mill-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu meta matul l-aħħar snin taw li pajjiżna ċertifikati pożittivi u żiedu r-ratings ta’ pajjiżna wkoll. Anke l-ġimgħa l-oħra l-Fond Monetarju Internazzjonali, IMF, ħareġ cċertifikat pożittiv ieħor fuq pajjiżna.Aqra aktar

May tipprova tikkonvinċi lill-MPs tagħha jappoġġjaw l-abbozz Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tipprova tikkonvinċi lil dawk il-Membri Parlamentari mill-Partit Konservattiv u tad-DUP biex jappoġġjaw il-ftehim tagħha dwar Brexit billi tipprova ssolvi l-kwistjonijiet tal-fruntieri Irnaldiżi.

Jidher li anke s’issa, l-akbar sfida għal May qed ikunu l-Membri Parlamentari li ilhom mill-2016 jappoġġjaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend