Kelly Peplow | One News - Part 42

Kelly Peplow

Notifiki

Biżà fl-Indoneżja minħabba ċans ta’ tsunami ieħor

Persuni li jgħixu viċin il-kosta tal-Indoneżja, li twassal għall-vulkan Anak Krakatau, qed ikunu mwissija jżommu ‘l bogħod mill-bajjiet minħabba li hemm ċans kbir ta’ tsunami ieħor. Is-Sibt li għadda, tsunami għadda minn fuq l-ibliet ta’ Java u Sumatra. 281 persuna tilfu ħajjithom, u 1,016 qed jingħataw il-kura.

L-esperti qed jgħidu li attività vulkanika kkawżat dan kollu. Anak Krakatau żbroffa l-Ħadd li għadda.

ARA: Portelli taħt pressjoni kbira wara l-istħarriġ tal-BA

Il-Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli, jinsab taħt pressjoni kbira wara l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li kien ippubblikat it-Tlieta li għadda. F’dan l-istħarriġ, l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista komplew jaqgħu lura meta mqabbla mal-istazzjonijiet ONE, u internament qed jingħad li Portelli, imħallas somom kbar ta’ flus, wiegħed mod ieħor meta impona lilu nnifsu fit-tmexxija tal-istazzjon.

Artiklu fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-istħarriġ ta’ Ottubru kien mistenni, għaliex is-sajf li għadda Pierre Portelli daħal f ’kontroversji kbar biex jaqdi lilu nnifsu u nies oħra li jaf hu għall-iskedi l-ġodda tal-istazzjon NET. Tant kien kbir il-kunflitt ta’ interess, li kien spiċċa jmur fuq ir-radju jiddefendi lilu nnifsu mill-akkużi ta’ partitarji Nazzjonalisti ġenwini li ma setgħux jemmnu dak li kien qed jiġri.Aqra aktar

Infaqa’ jibki fl-awla hu u jaffaċċja akkużi ta’ vjolenza domestika

Raġel ta’ 32 sena minn Tal-Pietà ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti b’akkuża ta’ vjolenza domestika.

Viżibilment emozzjonat fl-awla, tant, li nfaqa’ jibki quddiem il-Maġistrat Yana Micalled Stafrace, ir-raġel affaċċja akkużi li għamel użu mhux xieraq ta’ tagħmir elettroniku, u kkawża biżà fuq mara li se tintuża l-vjolenza kontriha. Fl-istess ħin huwa kien mixli li kiser ordni tal-protezzjoni li kienet tat il-Qorti biex ma jikkuntattjax lill-vittma. Aqra aktar

Jekk se taqbad Tal-Linja s-Sibt li ġej, se tagħti sehemek għall-Istrina

B’tal-Linja għall-Istrina se terġa’ ssir għat-tielet sena, hekk kif Malta Public Transport se tagħti donazzjoni mill-vjaġġi lill-Malta Community Chest Fund Foundation. Nofs in-noll imħallas minn kull passiġġier li juża t-trasport pubbliku nhar it-22 ta’ Diċembru se jmur direttament għall-Istrina, mingħajr ebda ħlas żejjed mill-passiġġieri.Aqra aktar

Ir-Renju Unit se jħalli ċittadini Ewropej isibu xogħol fil-pajjiż sal-2025

Ċittadini Ewropej b’ħiliet limitati se jkollhom iċ-ċans isibu xogħol fir-Renju Unit minn tal-anqas sal-2025.

Dan hekk kif il-Gvern Ingliż nieda White Paper dwar il-migrazzjoni minn u lejn l-Ewropea wara Brexit, li fost oħrajn qed tipproponi skema li se tippermetti biex migranti jkomplu jidħlu fir-Renju Unit. Dan minkejja tensjoni bejn iż-żewġ partijiet minħabba l-giljottina fuq il-moviment ħieles li huwa permessibbli bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

L-iskema se tapplika għal kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u l-migranti se jkunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit għal sena qabel ma jkunu mitluba jerġgħu japplikaw.

ARA: Jeremy Corbyn taħt attakk wara li għajjar lill-PM Theresa May “stupida” fil-Parlament

Il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qala’ baraxx ta’ attakki mingħand sħabu l-Membri Parlamentari Ingliżi wara li nstema’ jgħid ‘stupid woman’, fil-Parlament Ingliż, hekk kif temmet diskorsha l-Prim Ministru Theresa May.

Il-kumment ma’ niżel xejn tajjeb mal-MPs Ingliżi, partikolarment man-nisa. Aqra aktar

“Id-Deċiżjoni ta’ Trump tista’ twassal biex l-IS jerġa’ jikseb il-poter”

Alleati tal-Kurdi fis-Sirja qalu li d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump biex ineħħi truppi Amerikani mis-Sirja se tħeġġeġ lill-Istat Iżlamiku biex jinbet mill-ġdid.

Stqarrija mid-Forzi Demokratiċi Sirjana qalet li d-deċiżjoni tal-President Trump se tħalli lilhom u lil militanti Għarab li huma alleati tal-Istati Uniti f’pożizzjoni prekarja ferm minħabba l-possibbiltà li l-IS jerġa’ jikseb il-poter.

Il-President Trump ħabbar li l-Istat Iżlamiku ‘inqered’ tard l-Erbgħa filgħaxija, u li madwar 2,000 suldat Amerikan stazzjonati fit-Tramuntana tas-Sirja mistennija jintbagħtu lura l-Amerika.

Lejn kwalità t’għajxien aħjar

“Bħalissa pajjiżna ekonomikament qiegħed jagħmel passi ta’ ġgant. Irnexxielna nnaqqsu l-qgħad għal livelli rekord; livelli li qatt m’esperjenzajnihom f’pajjiżna, imma livelli wkoll illi jħabbtuha tajjeb ħafna ma’ pajjiżi oħra Ewropej.” Qal dan il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba f’diskors li għamel fuq il-midja soċjali.

Filwaqt li qal li l-Gvern Laburista għamel qabża kbira fuq livell ekonomiku, Agius Saliba sostna li issa wasal iż-żmien li niffukaw fuq il-bżonn li nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Aċċenna għal mod li bih il-Gvern beda l-ħidma tiegħu f’dan ir-rigward, fost oħrajn b’miżura li bdiet minn din is-sena u li ser tkun qed tkompli tissaħħaħ is-sena d-dieħla fejn il-familji ingħataw ġurnata żejda leave li kienet insterqet lill-ħaddiema minn Gvernijiet Nazzjonalisti.Aqra aktar

Send this to a friend