Kelly Peplow – Page 38 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Kif għandna nużaw il-112?

Is-Sibt filgħodu, id-daħla tal-Belt Valletta ħadet xejra differenti hekk kif il-pubbliku daq ftit mir-rutina ta’ kuljum tal-erba’ entitajiet li joffru servizzi tal-emerġenza.

Aqra aktar

Gvern b’ruħ soċjali

 

It-tkabbir ekonomiku qiegħed isostni r-ruħ soċjali Maltija. Gvern li telaq billi jinċentiva x-xogħol u l-investiment issa qed iħares biex iqassam il-ġid b’mod xieraq u jkompli jagħti wens lill-familji Maltin u Għawdxin b’diversi miżuri.

Aqra aktar

Kollox konformi mal-liġi Maltija u Ewropea

Il-Gvern għaddej bil-proċess tat-transazzjoni bbażata fuq pariri minn esperti legali u ekonomiċi dwar il-proġett ta’ żvilupp fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, u mhu se jidħol f’ebda transazzjoni li ma kinitx se tkun konsistenti mal-liġijiet Maltin u Ewropej.

Aqra aktar

Tmienja mejta fl-Istati Uniti kawża tal-kesħa

Minn tal-anqas tmien persuni mietu fl-Istati Uniti wara li r-reġjun tal-Puntent inħakem minn kesħa qattiela li kien ilu ma jesperjenza għal deċenji sħaħ.

Student mill-Istat ta’ Iowa nstab mejjet barra l-Università li kien jattendi fost vittmi oħra ta’ din il-kesħa. Sptarijiet fl-inħawi qed jagħtu l-kura lil mijiet ta’ pazjenti li nħakmu mis-seqi, hekk kif il-kesħa mistennija tippersisti sa Tmiem din il-Ġimgħa.

Huwa stmat li mhux anqas minn disgħin miljun persuna qed ikunu affettwati minn dawn it-temperaturi baxxi.

Filmat: Aktar minn 700 barrani bħalissa qed jitgħallem il-Malti

I Belong. Jiena posti hawn Malta. Din hija t-tema li biha, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni qed tmexxi l-Programm ta’ Integrazzjoni biex aktar persuni barranin jintegraw fis-soċjetà Maltija.

Żjara li għamilna fid-Direttorat tatna togħma tajba tax-xogħol li sar f’xahrejn biss, b’mijiet ta’ barranin applikaw fi skema biex jitgħallmu l-Malti u l-mod kif jgħixu l-Maltin.

Gervais Cishahayo, uffiċjal fid-Direttorat spjegalna b’Malti tajjeb li l-programm ifassal Pjan Personali għall-Integrazzjoni.Aqra aktar

L-Italja f’riċessjoni

L-Italja għadha kif daħlet f’riċessjoni wara li l-ekonomija tal-pajjiż naqqset b’0.2% fl-aħħar tliet xhur tal-2018. Dan minkejja li l-Italja għandha it-tielet l-akbar Prodott Domestiku Gross fiż-żona ewro.

L-ekonomija Taljana bdiet tesperjenza tnaqqis drastiku sa mill-bidu tal-2017, u riċenti ħadet daqqa ta’ ħarta oħra minħabba nuqqas ta’ kummerċ u negozju mal-Ġermanja u ċ-Ċina fost oħrajn. Il-Gvern Taljan kien ukoll involut f’battibekk kontinwu minħabba defiċit fil-baġit tiegħu, li m’għamel ebda ġid għall-ekonomija tal-pajjiż.

Intant, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li l-Gvern stabbilixxa xi kundizzjonijiet biex l-ekonomija tirkupra fit-tieni nofs tal-2019.

Send this to a friend