Kelly Peplow | One News - Part 35

Kelly Peplow

Notifiki

Jintemm l-assedju f’Nairobi- l-al-Shabab jgħidu li kienu responsabbli

Il-President tal-Kenja, Uhuru Kenyatta, qal li l-assedju minn militanti fil-kapitali, Nairobi, issa ntemm u l-aggressurri ġew ‘eliminati’,

Dan wara li minn tal-anqas 14-il persuna nqatlu minn rġiel li kienu qed iġorru l-armi tan-nar f’inħawi bieżla tal-kapitali. Għall-ewwel, uffiċjali qalu li l-attakk kien għadda, iżda kmieni l-Erbgħa filgħodu reġgħu instemgħu xi splużjonijiet.

Il-grupp militari al-Shabab qal li hu kien il-moħħ wara l-attakk, iżda għadu mhux magħruf kemm-il militant intbagħtu biex iwettquh.

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Taljan ta’ 36 sena li jgħix ix-Xewkija, Għawdex, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ħabat ma’ karozza f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:50 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma ħabat ma’ karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Il-Gvern jilqa’ l-kummenti tal-K.E. dwar il-proġett tal-power station tal-gass

Il-Gvern laqa’ l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-proġett tal-Power Station tal-Gass. Fil-kummenti tagħha l-Kummissjoni Ewropea nnutat li ntlaħqu l-għanijiet tal-proġett u li wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, għal kontijiet orħos u għat-tneħħija ta’ impjanti antiki u li jniġġsu tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara u l-Marsa.

Dan għal benfiċċju tal-poplu Malti u l-ambjent.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li dan il-kliem mill-Kummissjoni Ewropea juru kif ir-roadmap tal-enerġija u l-energy mix użata hija l-aqwa strateġija għal pajjiżna.

Jiċħad li ta daqqa ta’ ponn lil martu u jinħeles mill-arrest

Raġel mill-Qrendi ta’ 47 sena ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil martu. Isem l-akkużat mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti.

Jidher li mart l-akkużat għamlet rapport mal-Appoġġ, allegatament wara li qalgħet daqqa ta’ ponn. Jum wara, bint l-akkużat qalet li missierha kien qed ikun abbużiv fil-konfront tagħha wkoll. Kien hawnhekk li s-social workers infurmaw lill-Pulizija u r-raġel ġie arrestat.Aqra aktar

Jinħareġ il-permess għall-bini ta’ pont għall-mixi qrib l-ajruport

L-Awtorità tal-Ippjanar ingħatat permess tibni l-pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni, qrib l-Ajruport. Il-pont mistenni jkun twil madwar 11-il metru. Tliet xhur ilu, il-Gvern kien irċieba erba’ offerti għall-bini ta’ dan il-pont b’valur medju ta’ €1.4 miljun. Ix-xogħol tal-bini jibda fix-xhur li ġejjin.

Il-pont se jkollu rampi fit-tond għall-ivvjaġġar bir-roti jew bil-mixi u liftijiet biex ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan l-investiment huwa importanti għar-residenti tal-Gudja u Ħal Luqa, l-istudenti tal-ITS u ħaddiema fl-inħawi.  Huwa żied jgħid li dan il-proġett ser jgħin ukoll lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku biex jaslu fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-istess triq.

Iċedu post binthom fl-Emerġenza biex pazjent fil-bżonn jingħata l-kura

Il-ġenituri ta’ tifla ċkejkna li kellha bżonn is-servizzi tal-emerġenza meta kienet ma tiflaħx ċedew posthom biex it-tobba jkollhom spazju jagħtu servizz lil pazjenti oħra li kienu fil-bżonn.

Din l-istorja ħelwa rrakkuntaha t-Tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Spiteri spjega kif bħalissa huwa l-aktar żmien bieżel għal dan id-Dipartiment. It-tobba jaħdmu 12-il siegħa bla waqfien, is-servizzi tal-ambulanza jaħdmu biex inaqqsu l-ħin ta’ stennija, u fl-isptarijiet kulħadd jagħti sehemu biex il-pazjent jieħu l-aqwa servizz kif jixraq.Aqra aktar

“Tista’ timmaġina l-orrur li rajt quddiemi”- raġel li kien ftit passi ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni f’Pariġi

“Smajna splużjoni, u sekondi wara kollox beda’ jiċċaqlaq fil-kamra”. Hekk saħaq qarrej ta’ one.com.mt li bħalissa jinsab Pariġi fuq btala u kien ftit metri ‘l bogħod mill-isplużjoni li seħħet dalgħodu f’forn fil-qalba tal-kapitali Franċiża.

Spjega kif għall-ħabta tad-09:00, waqt il-ħin tal-kolazzjon, instemgħet splużjoni kbira li ċċaqalqet il-bini li fih kien il-qarrej. It-tmexxija tal-lukanda kiener pronta tassigura lil kulħadd li dak li kien qed jiġri ma kellu xejn x’jaqsam mal-lukanda.Aqra aktar

Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Tas-Sliema- se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin

Tliet persuni li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-43 sena ġew arrestati mill-Pulizija wara li l-Ġimgħa nqabdu bid-droga. Il-Pulizija qalet li raġel mill-Fgura, Beltija, u Olandiż ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li wieħed minnhom inqabad b’diversi kapsoli ta’ madwar 300 gramma, suspettati kokaina.

Ilbieraħ, f’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wettqu diversi spezzjonijiet madwar Malta fosthom ġewwa tas-Sliema.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jgħinuha.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Dr. N Camilleri LL.D, filwaqt li t-tfajla mistennija titressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Send this to a friend