Kelly Peplow | One News - Part 3

Kelly Peplow

Notifiki

Trump ma jridx jiddiskuti t-tibdil fil-klima

Il-President Amerikan Donald Trump qal li m’hemmx għalfejn li l-jiddiskuti t-tibdil fil-klima mal-kollegi tiegħu għaliex l-Istati Uniti għandha l-aktar arja u ilma nadifa ‘fl-istorja’. Huwa qal dan waqt is-summit tal-G20 fil-Ġappun li sar din il-ġimgħa, fejn żied jgħid ukoll li mhux lest jipperikola dak li skont hu rnexxielu jibni l-Gvern Amerikan fl-aħħar snin.

Hawnhekk qal li l-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ mhux b’saħħitha biżżejjed, u din il-forma ta’ enerġija rinovabbli ‘ma taħdimx’.

L-UE u l-Amerika t’Isfel bi ftehim ta’ kummerċ storiku li se joffri prezzijiet orħos lil 800 miljun klijent

Wara 20 sena negozjati l-Unjoni Ewropea u l-blokk ekonomiku fin-Naħa t’Isfel tal-Amerika magħruf bħala Mercosur, li jgħaqqad l-Arġentina, il-Brażil, l-Urugwaj u l-Paragwaj, fasslu ftehim kummerċjali ġdid li mistenni jwassal fost l-oħrajn għal prezzijiet orħos fuq diversi prodotti. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li dan huwa l-akbar ftehim tal-kummerċ li għandha l-Unjoni Ewropea s’issa, li fi żmien ta’ tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina juri li l-Ewropa hija dejjem favur kummerċ abbażi ta’ regolamenti.

Aqra aktar

Biex min qed jipprova jegħleb vizzju jsib spalla

Wara li nieda b’suċċess numru ta’ standards fis-servizzi li jingħataw persuni b’diżabilità u standrds li jkopru l-qasam tal-addozzjonijiet, il-Ħamis il-Gvern nieda numru ta’ standards oħrajn għal konsultazzjoni pubblika, din id-darba fuq servizzi li jingħataw lil persuni mirkuba minn vizzji tad-droga, alkoħol u logħob tal-azzard.Aqra aktar

Send this to a friend