Kelly Peplow – Page 28 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jfaħħar il-miżuri meħuda mill-Gvern

Fir-rapport annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) isostnu li “Malta has been one of the fastest growing countries in the EU”.

Skont l-IMF, “prudent fiscal policy and successful structural reforms have helped strengthen public accounts, boost productivity growth and maintain social cohesion”. Tant li d-diretturi eżekuttivi tal-IMF, “commended the authorities for sound policies that have supported strong economic performance and job creation while improving public finances”.

Ir-rapport jinnota kif, fis-snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni jkompli għaddejb’ritmu tajjeb, filwaqt li l-finanzi pubbliċi huma mbassra li jibqgħu juru surplus għal mill-inqas sitt snin oħra. Dan mistenni jwassal biexsa tmiem din il-leġiżlatura, il-piż tad-dejn jonqos taħt it-30% tal-ġid nazzjonali, li huwa ferm inqas minn nofs il-piż li kien hemm fl-2013.Aqra aktar

Ħati li għamel rapport falz kontra tliet Pulizija

Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Għaxaq ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li l-Qorti sabitu ħati li għamel rapport falz kontra tliet Uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ imur lura għas-6 ta’ Settembru 2016, meta r-raġel allega li ssawwat minn tliet Pulizija waqt li kien fil-lokalità fejn jgħix. Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li dan ma kienx minnu, u r-raġel tressaq il-Qorti mixli li akkuża lill-Pulizija bil-ħsieb li jagħmlilhom il-ħsara, akkużahom quddiem awtorità kompetenti b’reat meta kien jaf li huma innoċenti, fost akkużi oħra.

Il-Ħamis, il-Qorti sabet lir-raġel ħati ta’ dawn l-akkużi u ordnat li jingħata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Justin Camilleri.

Il-Ballu Tritoni għal darb’oħra fil-Belt Valletta

Għat-tieni sena konsekuttiva Pjazza Tritoni se terġa’ tingħata l-ħajja fil-jiem tal-Karnival. Dan hekk kif is-Sibt li ġej se jittella’ il-Ballu Tritoni.

Ballu li se jkun ferm differenti minn tas-sena ta’ qabel bl-għan ewlieni hu li tinżamm it-tradizzjoni Maltija iżda fl-istess waqt timxi maż-żminijiet.Aqra aktar

Send this to a friend