Kelly Peplow – Page 27 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

9,254 student jibbenifikaw minn eżamijiet tal-MATSEC u SEC b’xejn

9,254  student qegħdin jagħmlu l-ezamijiet tas-SEC u tal-Matsec mingħajr ħlas. B’investiment ta’ miljun u ħames mitt elf ewro, l-gvern neħħa kompletament il-ħlas minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC. B’kull student franka mal-mitejn ewro fi ħlas, hekk kif se jagħmel dawn l-ezamijiet bla ħlas.

Quddiem l-istudenti tal-kullegg Sant Injazju f’Ħal Qormi il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-ugwaljanza li ħaqqhom l-istudenti biex jimxu ‘l quddiem fis-socjeta. Dan irrelevanti mill-klassi socjali ta’ familthom.

Hawnhekk tefa dawl fuq il-miżura li tħabbret fil-baġit li għadda li eżamijiet tal-edukazzjoni sekondarja u tal-matrikola se jsiru b’xejn. Dan apparti li kull familja qed tiffranka mas-€700 hekk kif il-Gvern qed joffri wkoll trasport b’xejn għall-iskejjel.

Il-Prim Ministru awgura lill-istudenti kollha għall-istaġun tal-eżamijiet.

Min-naħħa tiegħu il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan l-istaġun m’għandux joħloq tensjoni lill-istudenti.

Fi tmiem iż-żjara l-Prim Ministru ngħata tifkira mill-kap tal-iskola.

 

 

 

Il-Gvern żied in-nefqa fil-qasam soċjali b’50%

Fl-aħħar sitt snin in-nefqa tal-Gvern fil-qasam soċjali żdiediet b’50%, biex ewro minn kull tlieta tan-nefqa tal-Gvern qed tmur f’miżuri soċjali.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa tal-kabinett li saret fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul. Dr Muscat innota li n-nefqa tal-Gvern fil-qasam soċjali żdiedet minkejja t-tnaqqis fl-għadd ta’ persuni qiegħda u ta’ dawk imċaħdda mill-aktar affarijiet bażiċi li minn 43,000 fl-2012 naqsu għal 14,000 is-sena li għaddiet.

Madankollu l-Prim Ministru sostna li dan l-ammont huwa inaċċettabbli, u għalhekk, li l-għan tal-Gvern huwa li jeradika l-faqar. Dan fost oħrajn bl-istrateġija kontra l-faqar li nieda l-Gvern fl-aħħar xhur, biex l-ebda tifel jew tifla li tgħix f’familja fejn hemm ġenitur jaħdem, ma tibqa’ tgħix fil-faqar.Aqra aktar

‘Tajnikom ħafna, imma mhu xejn ħdejn dak li se nagħtukom’ – il-PM lill-pensjonanti

“Lill-pensjonanti tagħna ngħidulhom: diġà tajnikom, imma m’huwa xejn ħdejn dak li se nagħtukom, għaliex dan huwa l-mod ta’ kif bil-fatti nwettqu l-ġustizzja soċjali”.

Sostna dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza rally għall-anzjani fil-Belt Valletta. Il-Prim Ministru ingħata merħba mill-isbaħ mill-anzjani li grazzi għall-baġits ta’ Gvern Laburista issa qed igawdu minn żieda fil-pensjoni u tneħħija ta’ taxxa sal-massimu tal-pensjoni. Dan għall-kuntrarju ta’ dak li kien isir fi żmien Gvern Nazzjonalista, fejn l-anzjani dejjem kienu jistennew tnaqqis fil-pensjoni u taxxi ogħla.Aqra aktar

ARA: Pressjoni kbira bejn il-Captain u l-Coach

L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, l-aktar is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Kap tal-Midja tal-Partit Pierre Portelli spiċċaw fil-mira ta’ kritika qawwija mill-għeruq tal-partit fil-bidu tal-kampanja elettorali li l-PN nieda fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda.

Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-attakki kontra Puli u Portelli qegħdin isiru fid-Dar Ċentrali u gruppi magħluqa fuq il-midja soċjali. Puli u Portelli spiċċaw jiddefendu l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, minħabba li huma l-perċimes fit-tfassil tal-kampanja elettorali. Dan filwaqt li d-Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ma kellux għażla oħra ħlief li joħroġ għonqu biex jiddefendi, u min-naħa l-oħra biex jikkalma l-irjus tal-għeruq u tat-tesserati tal-Partit li mhux qed jaqblu mal-istrateġija tal-Partit li minnhom Arrigo jrid ikompli jiġbor il-flusAqra aktar

Is-surplus ta’ Malta- pajjiżi oħra lanqas joħolmu li jaraw

Is-surplus fil-finanzi pubbliċi ma nissilx biss sens ta’ sodisfazzjon mill-familji li qed igawdu minn bosta skemi mħabbra mill-Gvern iżda wkoll mir-rappreżentati tal-imsieħba soċjali u persuni fil-qasam tan-negozju.

F’Business Breakfast imtella’ mill-Partit Laburista l-għada li l-Eurostat ħabbar li Malta għamlet surplus ta’ €250 miljun, iċ-Chairman tal-Grupp Chemimart Reginald Fava qal dan ir-riżultat qed jagħti stampa brillanti ta’ pajjiżna barra minn xtutna.Aqra aktar

Il-Partit Laburista jniżżel l-età ta’ tesserament

Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista approvat emendi biex l-età tat-tesserament tinżel minn 16-il sena għal 14-il sena. Il-Partit Laburista spjega kif tul l-aħħar sentejn, il-Forum Żgħażagħ Laburisti ra żieda ta’ żgħażagħ li għandhom inqas minn sittax li urew ix-xewqa li jissieħbu u jagħtu l-kontribut tagħhom fl-istess Partit.

Dan wara li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ħabbar il-Kampanja Ġenerazzjoni Sittax sentejn ilu.  Kampanja li kienu parti minnha numru ta’ żgħażagħ li llum il-ġurnata hemm minnhom li huma kandidati tal-Partit Laburista għall-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

Biex inkissru l-isterjotipi marbuta ma’ sehem in-nisa fis-settur Marittimu

“Irridu bidla fis-settur marittimu. Irridu nkissru l-isterjotipi marbuta ma’ dan is-settur biex verament ngħarfu l-potenzjal qawwi li għandhom in-nisa biex jikkonbtribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija blu”.

Qalet dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli fl-indirizz tagħha lil numru ta’ studenti, professjonisti, u baħħara nisa minn madwar id-dinja waqt konferenza fl-Istitut tal-Liġi Marittima fl-Università ta’ Malta. Aqra aktar

“Beppe Fenech Adami għandu ħafna x’jispjega lill-Membri tal-Korpi Dixxiplinati”- il-PL

Hu ironiku kif Beppe Fenech Adami indirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka promozzjonijiet li saru fl-Armata sitt snin ilu.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li kien ikun aħjar kieku Beppe Fenech Adami skuża ruħu talli ma daħħalx id-dritt ta’ sħubija f’Unions lill-korpi dixxiplinati kollha meta kien defacto Ministru tal-Intern.

Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami spjega  għala meta kien defacto Ministru tal-Intern, ma ħallasx l-over-time dovut lill-pulizija u kellu jkun dan il-Gvern biex jagħmel ġustizja mal-Pulizija Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami jispjega x’għamel hu meta kien  responsabbli mill-Armata  u kellu akkumulati 288 ilment fuq promozzjonijiet. Aqra aktar

Send this to a friend