Kelly Peplow – Page 26 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Il-Grigalata għamlet bi €8.6 miljun fi ħsara

Il-Grigalata qawwija li ħakmet lil pajjiżna fl-aħħar ta’ Frar li għadda wasslet biex saru l-akbar għadd ta’ talbiet ta’ assigurazzjoni għal ħsarat li ġarrbu sidien ta’ djar jew vettura tagħhom.

Skont stħarriġ tal-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Assigurazzjoni, il-valur tat-talbiet kollha li daħlu tul dan ix-xahar jaqbeż it-tmien miljun u sitt mitt elf ewro, u jkopri ħsarat li saru fuq propjetajiet privati, kummerċjali, opri tal-baħar, u vetturi.

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċċjazzjoni, Adrian Galea, spjega li b’kollox, persuni assigurati għamlu ftit anqas minn elfejn talba għall-għajnuna minħabba danni li sofrew kawża tal-maltemp..

“Kien hemm ftit anqas minn elfejn talba, li l-ammont jilħaq tmienja punt sitta miljun ewro. Meta nħarsu lejn kif inhuma maqsuma, għandek parti kbira minnhom ġejjin minn ħsara li saret fuq propjetà.”

Madwar tmienja fil-mija ta’ dawn it-talbiet intlaqgħu diġà, u s-Sur Galea spjega li huwa mistenni li kull talba tintlaqa’ fiż-żmien li ġej.

L-Assoċċjazzjoni stmat li tliet miljun u tliet mitt elf ewro se jkopru ħsarat fuq propjetajiet kummerċjali, disa’ mitt elf ewro se jkopri ħsarat li ġarrbu opri tal-baħar, u sitt mitt elf ewro ntalbu minn persuni li ġarrbu ħsarat estensivi fuq il-vetturi tagħhom.

Is-Sur Galea stqarr ma’ ONE News li l-akbar nefqa mistennija tkun fuq propjetajiet privati, li n-nefqa għalihom qabżet it-tliet miljun u seba’ mitt elf ewro.

“Kien hemm talbiet għax panelli solari taru jew spiċċaw fuq dar oħra jew fit-triq. Kien hemm talbiet fuq ħsara fuq propjetà minħabba ilma li ppenetra l-ġebla jew id-dar. Anke minħabba riħ qawwi li kkawża ħsara fuq bibien jew aperturi jew twieqi.”

Is-Sur Galea qal li dan l-ammont ma jkoprix il-ħsarat kollha u jistma’ li jammontaw ħafna aktar miċ-ċifra stabbilita. Dan għax ħafna persuni jagħżlu li ma jassigurawx ħwejjiġhom.

Minkejja li fuq il-midja soċjali rajna nħawi bħax-Xemxija, Buġibba, u Spinola kompletament mgħarrqa, l-aktar żoni minn fejn saru talbiet għall-għajnuna, kienu Tas-Sliema u l-Port il-Kbir.

“Il-parti kollha tan-Naħa ta’ Fuq ta’ Malta li tmiss mal-Grigal, bħal Tas-Sliema u l-Belt, u allura dawn laqgħu il-Grigalata kienu l-aktar milquta. Għawdex ukoll sofra d-danni tiegħu.”

Is-Sur Galea żied jispjega li għalkemm l-Assoċċjazzjoni mhux qed tantiċipa tibdil notevoli f’dawn iċ-ċifri, se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib.

 

 

Il-Gvern se jibni liftijiet ġodda f’110 Housing Estate madwar Malta

Mija u għaxar qasam tad-djar mferrxin fl-ibliet u l-irħula f’Malta se jkollhom lift installat bħala parti minn proġett ambizzjuż għar-riġenerazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Dan tħabbar mis-Segretarji Roderick Galdes u Aaron Farrugia, waqt li kienu qed jinawguraw l-ewwel lift li ġie installat f’binja tal-Gvern f’Ħal Qormi.

Aktar minn disa’ mitt familja se jibbenefikaw minn dan il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ għaxar miljun ewro u huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, b’ħafna minnhom ikunu anzjani, residenti b’diffikultà ta’ mobbiltà, u persuni b’diżabbiltà fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega li l-proċess mistenni jieħu ż-żmien, għax ħafna minn dawn il-binjiet li nbnew sa ħamsin sena ilu ma kinux maħsuba li jkollhom lift jopera fil-komun. Għalhekk il-proċess inkluda tibdil strutturali sostanzjali, ftuħ ta’ bibien ġodda, u xogħlijiet oħra qabel l-installazzjoni tal-lift.

Fl-istess ħin, il-proġett se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emmissjonijiet, u b’hekk il-Gvern jilħaq il-miri tiegħu tal-effiċjenza tal-enerġija billi jirriġenera dawn iż-żoni u ftit ‘il barra minnhom biex jiżdied il-livell ta’ għajxien f’komunità aktar inklussiva. Il-proġett se jara wkoll li ż-żoni ta’ madwar dawn il-binjiet jisbieħu bi tħawwil ta’ siġar ġodda, bl-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl, kif ukoll sistema ta’ ħażna tal-ilma.

“Il-ħsieb tagħna hu li tul din il-leġislatura wkoll, inkunu wettaqna l-akbar ammont ta’ lifts li qatt saru f’housing estates minn Gvernijiet. Mhux biss dawn il-mitt blokka, imma għandna aktar proġetti f’binjiet oħra li għandhom x’jaqsmu ma’aċċessibbiltà. Apparti hekk se nagħmlu wkoll xogħol ta’ rinovar fil-binja nnifisha” qal Galdes

Ix-xogħlijiet fiż-żoni komuni jinkludu ukoll l-installazzojini ta’ dwal effiċjenti fl-enerġija, faċilitajiet tal-intercom, kif ukoll aperturi effiċjenti fl-enerġija

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej qed jintużaw tajjeb u fejn hemm l-iktar bżonn li dawn jiġu investiti. Huwa għalhekk li dan il-Gvern ried jindirizza l-isfida tan-nuqqas ta’ aċċessibbiltà lil anzjani u persuni b’diżabbiltà.

B’hekk Farrugia temm jgħid li l-użu tal-fondi Ewroej qed jirrifletti l-għajta ta’ Gvern Laburista ta’ prosperitá f’soċjetá ġusta.

“Bil-fondi Ewropej qed noħolqu l-ġid u nagħtu ħiliet ġodda u noħolqu l-ġid. Bi proġetti hekk qed inqassmu dak il-ġid fis-soċjetà.”

Il-proġett se jitmexxa mill-Awtorità tad-Djar, bil-mija u għaxar liftijiet ġodda mistennija jitlestew sa tliet snin oħra.

 

Se jibda l-proċess biex ikollna qaddis ieħor Malti

Fil-jum tal-Ħadd beda l-proċess biex Malta jkollha qaddis ieħor. Waqt ċerimonja fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles Scicluna introduċa l-Kawża għall-Beatifikazzjoni ta’ Brother Louis Camilleri, u b’Digriet jiddikjarah ‘Serv ta’ Alla’.

Br.Louis huwa magħruf minn ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ għalliema, ġenituri u studenti Lasalljani, hekk kif huwa kien il-bniedem li waqqaf il-fraternità Signum Fidei f’Malta fit-tmeninijiet.Aqra aktar

Il-Gvern se jibni liftijiet ġodda f’110 Housing Estate madwar Malta

110 Housing Estates mferxin ma’ Malta kollha se jkollhom lift installat bħala parti minn proġett ambizzjuż għar-riġenerazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Dan tħabbar mis-Segretarji Roderick Galdes u Aaron Farrugia, waqt li kienu qed jinawguraw l-ewwel lift li ġie installat f’Ħal Qormi.

Madwar 900 familja se jibbenefikaw minn dan il-proġett, b’ħafna minnhom ikunu anzjani, residenti b’diffikultà ta’ mobbiltà’, u persuni b’diżabbiltà fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega li l-proċess misteni jieħu ż-żmien, għaliex dawn il-binjiet li nbnew 30, 40 u anke 50 sena ilu ma kienux maħsuba li jkollhom lift jopera fil-komun. Għalhekk il-proċess inkluda tibdil strutturali sostanzjali, ftuħ ta’ bibien ġodda, u xogħlijiet oħra qabel l-installazzjoni tal-lift.
Fl-istess ħin, il-proġett se jkun qed jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emmissjonijiet, u b’hekk il-Gvern jilħaq l-miri tiegħu tal-effiċjenza tal-enerġija billi jirriġenera dawn iż-żoni u ftit ‘il barra minnhom biex jiżdied il-livell ta’ għajxien f’komunità aktar inklussiva. Il-proġett se jara wkoll li ż-żoni ta’ madwar dawn il-binjiet se jkunu mtejba bi tħawwil ta’ siġar ġodda, bl-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl, kif ukoll sistema ta’ ħażna tal-ilma.

Ix-xogħlijiet fiż-żoni komuni jinkludu ukoll l-installazzojini ta’ dwal effiċjenti fl-enerġija, faċilitajiet tal-intercom, kif ukoll aperturi effiċjenti fl-enerġija

Il-proġett ta’ housing aktar aċċessibbli se jsir b’investiment ta’ għaxar miljun ewro, ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej qed jintużaw tajjeb u fejn hemm l-iktar bżonn li dawn jiġu nvestiti. Huwa għalhekk li dan il-Gvern ried jindirizza l-isfida tan-nuqqas ta’ aċċessibbiltà lil anzjani u persuni b’diżabbiltà.

Jiftħu l-applikazzjonijiet għal Skolasajf ta’ din is-sena

Ġenituri ta’ studenti li jixtiequ jattendu Skolasajf issa jistgħu jibdew japplikaw. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn kien spjegat li Skolasajf huwa proġett nazzjonali organizzat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, il-FES. Skolsajf toffri edukazzjoni mhux obbligatorja matul ix-xhur tas-sajf u din is-sena se tiftaħ il-bibien tagħha nhar il-15 ta’ Lulju sas-6 ta’ Settembru 2019.

Huwa stmat li s-sena li għaddiet, mat-12,200 tifel u tifla gawdew min dan is-servizz. In-numru mistenni jiżdied til din is-sena, hekk kif it-tfal li se jattendu għal Skolasajf 2019 se jkunu qedjibbenifikaw minn programm ta’ atitivitajiet edukattivi non formali.

It-tema ta’ din is-sena hija My Travel Journal li se tieħu lit-tfal fuq vjaġġ ta’ esperjenzi kemm fiċ-ċentri kif ukoll barra miċ-ċentri edukattivi permezz ta’ numru ta’ attivitajiet.

L-FES toffri dan is-servizz madwar Malta u Għawdex u huwa mifrux f’madwar 60 lokalita’ li f’34 ċentri jiġi offrut ukoll is-servizz ta’ ħin qabel u wara l-programm ewlieni biex jakkomoda lill-ġenituri li jaħdmu. Fl-istess ħin, dan il-proġett jimpjega mal-2,000 pesuna, bħal Playworkers u Child Support Workers.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet ġie mniedi l-logo ta’ Skolasajf ta’ din is-sena wara kompetizzjoni fost l-istudenti ta’ Klabb 3-16 u l-istudenta Elaia Galea ta’ tmien snin hija r-rebbieħa għall-aħjar disinn artistiku fost aktar minn tmenin sottomissjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li Skolasajf huwa servizz ieħor offrut mill-FES li jkompli jagħti sostenn lill-familji li jridu jsibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. Huwa saħaq li hemm firxa ta’ programmi differenti għal etajiet differenti, u anke għal ħtiġijiet edukattivi varji, inkluż dawk fir-Resource Centres, u li dan mhux biss servizz ta’ ħarsien tat-tfal imma huwa opportunita’ biex it-tfal jiżviluppaw l-abiltajiet tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FES, Dermot Galea qal li l-popolarità ta’ Skolasajf qieghda dejjem tiżdied, u għalhekk il-ħidma biex kemm l-proċess tal-applikazzjoni u s-servizz innifsu jkunu dejjem iktar aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-ġenituri li jixtiequ japplikawgħas-servizz ta’ Skolasajf jistgħu jagħmlu dan kemm b’mod elettroniku b’sistema online https://services.fes.gov.mt/ kif ukoll manwalment mill-fergħat tal-Malta Post.

Dawk li jixtieqj japplikaw għal impjieg permezz ta’ dan il-proġett jista’ jniżżel applikazzjoni mis-sit applikazzjonijet għas-sit https://recruitment.fes.gov.mt/ .

“L-Ewropa trid tkun lesta għal kull eventwalità, anke jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim”- il-PM

F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.Aqra aktar

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jaqblu li Artiklu 50, li jiggarantixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jiġi estiż sat-22 ta’ Mejju li ġej. Dan kien deċiż waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, li din is-sena kien iddedikat għat-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta. L-Unjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tkun garantita jekk il-Parlament Ingliż f’Westminster japprova l-abbozz dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.Aqra aktar

“Inwettqu dak li ma riedx il-PN”- il-PL

B’dak imħabbar illum, il-Gvern se jkun qed iwettaq bidliet li kwart ta’ seklu ta’ gvernijiet Nazzjonalista ma kinux kapaċi jwettqu. Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, li l-gvern se jkun qed jimplimenta, huma bidliet għal liġijiet li huma wirt gvernijiet Nazzjonalista.

L-istqarrija żiedet tispjega li meta kien fil-poter, il-Partit Nazzjonalista kien komdu jħalli kollox kif inhu. Li kien għall-Kap tal-Opppożizzjoni, il-Kummissjoni Venezja lanqas ġiet Malta għax meta sejħilha l-gvern preżenti Adrian Delia kien ħareġ jgħajjar il-gvern.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa mal-President tal-KE qabel jibda’ s-summit tal-Mexxejja Ewropej dwar Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, sigħat qabel ma’ jingħata bidu għas-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq possibbiltà ta’ estensjoni ta’ Brexit.

Il-Prim Ministru Muscat kien diġà ddikjara li l-Gvern Malti huwa favur estensjoni għaqlija tal-perjodu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iżda dan irid isir bi ftehim u pjan xieraq. Huwa kien fost is-27 mexxejja ta’ Stati Membri Ewropej li llum mistennija jiddeċidu jekk għandhiex tingħata l-estensjoni fuq Brexit, wara li din tintalab b’mod formali mill-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.Aqra aktar

Il-faċċata tal-Big Ben tinkixef wara li kienet irrestawrata mill-ġdid

L-arloġġ magħruf bħala il-Big Ben f’Londra ġie rrestawrat għall-kulur oriġinali tiegħu, blu, wara aktar minn sena ta’ xogħlijiet ta’ restawr. Il-Ħamis, residenti u turisti li kienu fl-inħawi tal-famuża pjazza tal-Parlament f’Westminster, raw għall-ewwel darba l-faċċata restawrata ta’ dan l-ikona.

Il-kulur tad-deheb u dak kaħlani huma eku tad-disinn oriġinali tal-monument, li jmur lura għal qabel l-1930. F’din is-sena, il-faċċata tal-arloġġ kienet miżbugħa kollha sewda. Aqra aktar

Send this to a friend