Kelly Peplow – Page 25 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

“M’għandi l-ebda problema li Delia jappella mis-sentenza” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandu ebda problema u anzi jaċċetta li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jappella mis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li ma laqgħetx it-talba tiegħu li jingħata r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.

F’attività politika f’Ħal Luqa, il-Prim Ministru Muscat qal li l-Gvern m’għandu ebda problema li Adrian Delia jagħmel dan. “Inserraħlu rasu lill-Kap tal-Oppożizzjoni, li l-għan tiegħi hu li r-rapport ikun ippubblikat mill-aktar fis”, qal Joseph Muscat. Aqra aktar

Kunsilli Lokali fiċ-ċans li jibbenefikaw minn skema għall-installazzjoni ta’ għodod li jsaqqu żoni naturali fil-lokalitajiet

Id-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strategija u Implimentazzjoni tal-Politika nieda skema ta’ finanzjament għal għodod ta’ irrigazzjoni fil-komunitajiet Maltin, jiġifieri għodod li jintużaw fit-tisqija ta’ żoni miftuħa fil-lokalitajiet. Id-Direttorat alloka miljun ewro f’fondi għal din l-iskema, li hija parti mir-riforma fil-Gvern Lokali.

Dan fost l-oħrajn biex jitkattru aktar spazji miftuħa, u biex il-Kunsilli Lokali jikkontribwixxu għall-arja aktar safja għall-benefiċċju u l-benesseri taċ-ċittadini.

Is-sistema ta’ irrigazzjoni ttejjeb b’mod sinjifikanti t-tkabbir tal-pjanti, arbuxelli u fjuri. Dawn jikbru aktar malajr u b’mod aktar ekoloġiku minħabba li jingħataw ammonti żgħar ta’ ilma fuq perjodu twil.
Permezz ta’ skemi ta’ dan it-tip l-Gvern qed iħeġġeġ lil-lokalitajiet biex ikunu aktar sostenibbli permezz ta’ inizjattivi li huma ta’ benefiċċju kbir għall-komunitajiet u ċ-ċittadini tagħna.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis intqal li l-Gvern se jaċċerta li jifhem aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadini u jimpenja ruħu biex jgħin kemm jista’ lis-soċjetà bi skemi bħal dawn.

BIL-FILMAT: Il-Gvern se jirdoppja l-ispazju miftuħ f’Ta’ Qali biex isir Il-Park Nazzjonali ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jirdopppja l-park ta’ Ta’ Qali biex fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru ta’ art jkollna l-ewwel Park Nazzjonali ta’ Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru qal li l-park se jinkludi tnejn u ħamsin tomna ta’ art li kienet okkupata minn fabbrika tal-konkrit. Qal li din l-art setgħet ingħatat għall-iżvilupp kummerċjali, iżda l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf l-akbar proġett kapitali mħaddar li qatt sar f’minn tal-anqas ġenerazzjoni.

Il-proġett b’investiemnt ta’ 20 miljun ewro jinkludi t-tħawwil ta’ 80,000 siġra u xitla ġdida.

Dr Muscat qal li l-Gvern se jagħmel riġenerazzjoni sħiħa ta’ Ta’ Qali biex jrodd lill-familji medda ta’ art kbira daqs terz tal-kobor ta’ Hyde Park f’Londra.

Dr Muscat qal li dan il-proġett mhux fula f’qargħa. Qal li dan il-proġett jingħaqad ma’ dak imħabbar f’Bengħajsa fuq medda ta’ 80 elf metru kwadru ta’ art fin-Nofsinhar ta’ Malta u l-proġett innovattiv li se joħloq 13-elf metru kwadru oħra bit-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera.

Il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan il-park se jservi ta’ pulmun u sors ta’ enerġija nadifa għall-familji Maltin u Għawdxin.

Niżguraw li Ta’ Qali kollu jkun wieħed sħiħ għaliex għandek ħafna pockets li mhux utilizzati. Daqs 63 grawnd tal-futbol se jingħataw lura lill-familji. L-ekonomija sejra tajjeb u l-Maltin għandhom bżonn aktar ħin biex iqattgħu mal-familja, u rridu niżguraw li nagħtu l-proġett malajr kemm jista’ jkun lilhom ukoll.

Il-Park Nazzjonali ta’ Malta se jinkludi wkoll żoni ta’ kampeġġ, twessigħ tad-dog park, trakkek għall-ġiri, u se jagħti għall-proġett ta’ Chadwick Lakes u tal-Villaġġi tas-Snajja. Il-Gvern iddeċieda li l-Arkivji Nazzjonali l-ġodda se jingħaqdu mal-Park.

Qed inħarsu lejn investiment ta’ €20 miljun biex niżguraw li jkollna infrastruttura ħadra kif suppost li tħabbatha ma’ parks internazzjonali li aħna nesperjenzaw barra mill-pajjiż.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li l-Gvern qed juri prijorita fil-qasam ambjentali billi jagħti lura dawn iż-żoni lill-familji Maltin li se jkollu kemm aspetti naturali u aspetti sportivi.

 

Seba’ prinċipji għal lokalitajiet aħjar – il-PL iniedi l-manifest elettorali għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Laburista nieda l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fil-25 ta’ Mejju.

Imsawwar fuq seba’ prinċipji ewelenin, il-manifest għall-elezzjonijiet tal-2019 sa jirrifletti l-bidla li twettqet fl-aħħar snin billi jsir investiment xieraq fil-lokalitajiet kollha tal-Gżejjer Maltin b’viżjoni ċara.

Aqra aktar

Malta fost l-aqwa fil-qasam soċjali

Miżura wara oħra fil-qasam soċjali u żieda ta’ ħamsin fil-mija fin-nefqa tal-Gvern fil-qasam soċjali fl-aħħar sitt snin wasslu biex Malta hija fost l-aqwa fl-Ewropa f’dawk li huma servizzi soċjali u sigurtà soċjali.

Dan qalu l-Ministru għall-Familja Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet biex tfakkar il-ġimgħa ddedikata għas-servizzi tas-sigurtà soċjali.

Aqra aktar

Send this to a friend