Kelly Peplow – Page 24 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

ARA: Jittellgħu l-ewwel kolonni li se jżommu l-ewwel flyover tal-Junction tal-Marsa

Bdew jittellgħu l-ewwel żewġ kolonni tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, li mistenni jħalli mal-€1,200 fil-bwiet tas-sewwieqa. B’kollox 14-il kolonna li se jżommu l-ewwel flyover tal-proġett tal-Junction, bejn Triq Garibaldi u Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ix-xogħol tal-pjattaformi kbar taħt l-art li fuqhom se jserrħu l-kolonni l-oħra jinsab fi stadju avvanzat. Ħafna minnhom jinsabu kważi lesti biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbnew il-kolonni fuqhom ukoll.

F’din il-fażi ta’ dan l-ikbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna qegħdin jitpoġġew fil-pedamenti tal-pjattaformi mijiet ta’ tunnellati ta’ ħadid li se sservi ta’ ġenb biex fuqha tistrieħ l-ewwel parti tal-flyover hekk kif tinqata’ mill-art. Il-ħadid se jinkesa bil-konkos sabiex fuqu jkunu jistgħu jitqiegħdu l-kolonni li se jerfgħu il-flyover.Aqra aktar

‘Michael’ kien l-aktar urugan b’saħħtu li ħakem l-Istati Uniti f’26 sena

L-Urugan Michael, li f’Ottubru li għadda laqat l-istat Amerikan ta’ Florida, kien l-aktar wieħed b’saħħtu fl-aħħar 26 sena. Dan skont analiżi li sar minn esperti fis-settur dwar l-urugan li kkawża l-mewt ta’ 59 persuna. Hu mifhum ukoll li l-Urugan Michael sewa’ mal-$25 biljun lill-Gvern Amerikan kawża tal-ħsara li ġarrab dan l-istat.Aqra aktar

“Għadna nħobbukom”- Ulied koppja Amerikana li nżammu ostaġġi mill-ġenituri tagħhom stess

Ulied koppja Amerikana li nżammu ‘ostaġġi’ mill-ġenituri tagħhom għal disa’ snin sħaħ, ħafrulhom hekk kif ngħatatilhom sentenza ta’ għomor il-ħabs. Hu mifhum li ulied David u Louise Turpin inżammu fid-dar għal snin sħaħ, fejn batew il-ġuħ u sigħat ta’ tortura. F’ Qorti f’Kalifornja, kull wieħed mit-13-il ulied tal-koppja qalu li minkejja kollox, għadhom iħobbu lill-ġenituri tagħhom.

Il-koppja Turpin ġew arrestati f’Jannar tal-2018, meta binthom ta’ 17-il sena ħarbet mid-dar tagħhom f’Kalifornja. Huma ammetteq l-akkużi kollha miġjuba kontrihom.

Imut l-eks President tal-Peru

L-eks President tal-Peru Alan Garcia neħħa ħajtu b’idejh hekk kif il-Pulizija ħarġet mandat għall-arrest tiegħu fuq akkużi ta’ tixħim. Mewtu kienet ikkonfermata mill-President attwali tal-pajjiż, Martin Vizcarra.

Hu mifhum li Garcia kien se jkun akkużat li xxaħħam minn kumpanija Brażiljana tal-kostruzzjoni, iżda dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.

Huwa serva bħala President tal-Peru bejn l-elfejn u sitta u l-elfejn u ħdax.

29 imutu wara li nqalbet xarabank fil-Portugall

Minn tal-anqas 29 persuna tilfu ħajjithom wara li xufier ta’ xarabank tilef il-kontroll tal-vettura u nqaleb biha f’Madeira, il-Portugall.

It-turisti fuq ix-xarabank kienu kollha Ġermaniżi. Sebgħa u għoxrin persuna oħra qed jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu kawża tal-inċident.

Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll fi triq ewlenija fil-Gżira Portugiża, inqaleb bix-xarabank, u din tkaxkret mat-triq sakemm laqtet bejt ta’ dar privata.

Abbord ix-xarabank dak il-ħin kien hemm mal-55 persuna, inkluż is-sewwieq u gwida tat-turisti.

Ritratt: The Guardian

Disney toffri €5 miljun għall-bini mill-ġdid ta’ Notre Dame

Il-kumpanija Disney se tagħti ħames miljun ewro f’donazzjoni biex il-katidral Notre Dame jinbena mill-ġdid wara li nħakem min-nirien fl-aħħar jiem.

Kawża ta’ dan, parti sostanzjali tal-katidral storiku, li nbena fil-Kapitali Franċiża aktar minn tmien mitt sena ilu, inqerdet għalkollox, fosthom l-istruttura fil-quċċata tal-binja.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li Notre Dame huwa simbolu mondjali ta’ tama, u ddefinixxa l-qalba ta’ Pariġi u r-ruħ ta’ Franza għal sekli sħaħ. Hawnhekk, l-akbar kumpanija tal-films fid-dinja kkommettiet ruħha li fil-jiem li ġejjin tgħaddi ħames miljun ewro lill-Gvern Franċiż, li saħansitra qabel ma ntfew in-nirien infernali mill-pumpiera fetaħ fond għar-rinovar mill-ġdid tal-katidral.

Il-kumpanija Disney għandha rabta sentimentali mal-katidral, hekk kif kien is-suġġett ewlieni fil-film The Hunchback of Notre Dame fid-disgħinijiet.

Imutu numru kbir ta’ turisti wara li nqalbet xarabank fil-Portugal

Minn tal-anqas 29 persuna tilfu ħajjithom wara li xufier ta’ xarabank tilef il-kontroll tal-vettura u nqaleb biha f’Madeira, il-Portugall.

It-turisti fuq ix-xarabank kienu kollha Ġermaniżi. Sebgħa u għoxrin persuna oħra qed jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu kawża tal-inċident.

Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll fi triq ewlenija fil-Gżira Portugiża, inqaleb bix-xarabank, u din tkaxkret mat-triq sakemm laqtet bejt ta’ dar privata.

Abbord ix-xarabank dak il-ħin kien hemm mal-55 persuna, inkluż is-sewwieq u gwida tat-turisti.

 

ARA: Għaxar snin biex Notre Dame jerġa’ jinbena mill-ġdid

Wara disa’ sigħat ta’ ġlieda kontinwa, il-pumpiera Franċiżi temmew l-operazzjoni tat-tifi tan-nar li ħakem il-katidral Notre Dame. Hu mifhum li n-nirien ħadu fil-ħin tal-għeluq tal-Katidral, waqt li l-aħħar ftit turisti kienu qed joħorġu minnu. Għalkemm il-kawża tan-nirien għadha mhux magħrufa, l-awtoritajiet Franċiżi qed jeskludu li dan seta’ kien xi attentat terroristiku fuq is-sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
Aqra aktar

Persuna fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat f’diffikultà fil-baħar

Persuna li għadha ma ġietx identifikata mill-Pulizija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttellet mill-baħar viċin Exiles f’Tas-Sliema. Il-persuna ntlemħet f’wiċċ il-baħar fit-2:45pm tal-Ħadd, u l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru mal-ewwel fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma.

Aktar tard kien ikkonfermat li l-persuna tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. Aqra aktar

Diskors minn kap ta’ partit li spiċċa “borġ ġebel”- il-PL

Il-Partit Laburista ddeskira d-diskors ta’ Adrian Delia dalgħodu bħala riflessjoni ta’ Kap ta’ partit li jinsab mifrud u li jrid jipprova jgħaqqdu billi jkun negattiv u jikkritika kull ma jiġri f’pajjiżna. Fl-istess stqarrija, il-Partit Laburista qal li kif wara kollox qallu wieħed mid-deputati tiegħu, b’din l-attitudni, il-Partit Nazzjonalista “borġ ġebel” kien u “borg ġebel” għadu.

Minflok, u b’kuntrast, il-pajjiż qed jibqa’ jissaħħaħ. U minkejja l-oppożizzjoni distruttiva l-Maltin u l-Għawdxin, flimkien mal-gvern, se jibqgħu jiksbu r-riżultati biex Malta ta’ Għada tkun Suċċess.

Send this to a friend