Kelly Peplow – Page 22 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

AĠĠORNAT: L-Armata b’aktar salvataġġ

Tul il-lejl li għadda l-Armata Maltija salvat 120 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà fir-Reġjun Malti għat-Tfittxija u Salvataġġ. L-immigranti bħalissa huma fuq bastiment tas-salvataġġ tal-Forzi Armati u mistennija jasslu Malta aktar tard dalgħodu.

Il-Forzi Armati ta’ Malta kompliet tagħmel aktar salvataġġ fl-ibħra, fejn għall-ħabta tal-ħdax iddaħħlu f’Malta 147 immigrant.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar l-armata salvat dgħajsa oħra b’99. Huma ukoll ingħataw l-ewwel għajnuna u iddaħħlu malta fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

 

Żewġt irġiel qed jinżammu arrestati mill-Pulizija wara li nqabdu jipprovaw jisirqu minn dar fil-Fgura.

Valdas Martinatius ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Litwanja u Kakhber Lomtadze ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Ġorġja kienu arrestati s-Sibt wara li numru ta’ residenti rawhom jipprovaw jidħlu f’dar privata. Mal-wasla tal-Pulizija wieħed mill-irġiel qabeż minn xi għoli u sofra xi ġrieħi, tant li kellu jiddaħħal il-Qorti fuq siġġu tar-roti.

Iż-żewġ akkużati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom fosthom ta’ ħasil tal-flus. Martinatius kien akkużat ukoll li prova jisraq minn djar f’Pembroke u Birkirara, u tliet akkużi oħra ta’ serq ta’ flus u ġojjelli.

Inħeles mill-arrest wara li pprova jidħol f’karozza waqt li kien xurban

Raġel ta’ erbgħin sena mill-Qrendi inħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li prova jidħol f’karozza li mhux tiegħu meta kien xurban. Huwa kien akkużat ukoll li nhar it-tnejn ta’ Ġunju rreżista l-arrest u ma kkoperax mal-Pulizija.

Il-Qorti semgħet kif Paul Spiteri kien qed jiddeverti ma’ sħabu f’Tal-Pietà u prova jiftaħ karozza li ma kinitx tiegħu meta kien xurban. Malli waslu fuq il-post il-Pulizija, l-akkużat ħebb għalihom u kkawżal ġrieħi ħfief fuq wieħed mill-Uffiċjali. Fil-Qorti Spiteri ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u nħeles mill-arrest abbażi ta’ garanzija personali ta’ elfejn ewro u ordni li jiffirma l-Għassa tal-Pulizija darba fil-ġimgħa.

Għal postijiet fejn kulħadd jingħata merħba

Il-kampanja ‘Welcome All’ se tipprometti li l-postijiet tax-xogħol jew minn fejn aħna nieħdu xi servizz ta’ kuljum ikunu rikonoxxuti bħala spazji li jilqgħu lil kulħadd.

Il-kampanja tnediet it-Tnejn mid-Direttorat Għad-Drittijiet tal-bniedem u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, L-MTA. Hawnhekk ġie spjegat li jekk intrapriża jew servizz jirrispetta kriterji stipulati għall-għan tal-kampanja, jingħataw rikonoxximent f’forma ta’ timbru li tfassal apposta għal din il kampanja. Fost il kriterji hemm li l-kumpanija tirrispetta u tagħti appoġġ lil persuni LGBtIQ. Il-Ministri Helena Dalli u Konrad Mizzi, li kienu preżenti għat-tnedija, qalu li din il-kampanja kienet il- pass li jmiss lejn pajjiż aktar ġust u inklussiv issa li din il-faxxa tas soċjetà issa hija protetta mill liġi u mill politika ta Malta.

“M’għandix kliem biex nirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamiltu magħna”- Il-PM Muscat fin-Nadur

Friska minn numru ta’ rebħiet storiċi fl-elezzjonijiet lokali, il-gżira Għawdxija laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Sinjura tiegħu fin-Nadur. Il-Prim Minsitru nnota li m’hemmx kliem xierqa biżżejjed biex jirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamlu mal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Bormla terġa’ tagħżel lill-Partit Laburista

Il-Partit Laburista rebaħ il-lokalità ta’ Bormla, b’Alison Zerafa Civelli tkun ikkonfermata sindku mill-ġdid. Fl-istess ħin kien ikkonfermat ukoll li l-Partit Laburista kiseb tliet siġġijiet fil-Kunsill Lokali f’Tal-Pietà, bil-Partit Nazzjonalista jikseb żewġ siġġijiet.

FILMAT: Il-PL jtella’ seba’ siġġijiet f’Marsaskala

Il-lokalità ta’ Marsaskala ntrebħet mill-Partit Laburista, b’ Mario Calleja kkonfermat mill-ġdid bħala sindku tal-lokalità. Il-kandidata żagħżugħa Janice Falzon, li għadha kif rifset fix-xena politika, ġiet eletta bħala Viċi-Sindku.

B’kollox il-Partit Laburista kiseb seba’ siġġijiet f’din il-lokalità.

FILMAT: Marsaxlokk jintrebaħ mill-Partit Laburista

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk se jkun qed jitmexxa minn maġġoranza Laburista għall-ħames snin li ġejjin, hekk kif ikkonfermat il-Ħamis waqt it-tieni rawnd ta’ għadd tal-voti tal-elezzjoni lokali.

Steven Grech kien ikkonfermat bħala sindku ta’ din il-lokalità. B’kollox il-Partit Laburista tella’ erba’ siġġijiet, fosthom l-ewwel mara fl-istorja li ġiet eletta f’isem il-Partit Laburista f’din il-lokalità, Elenia Desira.

Il-PL jżomm il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali tal-Gudja

Il-kandidata żagħżugħa Marija Sara Vella inħatret sindku tal-Gudja f’isem il-Partit Laburista. Vella hija t-tieni sindku Laburista li nħatret fit-tieni rawn ta’ għadd tal-voti għall-elezzjonijiet lokali wara Wayne Aquilina.

F’dan il-Kunsill Lokali, il-Partit Laburista kiseb tliet siġġijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb żewġ siġġijiet.

Send this to a friend