Kelly Peplow – Page 20 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

BIL-FILMAT: Bormla terġa’ tagħżel lill-Partit Laburista

Il-Partit Laburista rebaħ il-lokalità ta’ Bormla, b’Alison Zerafa Civelli tkun ikkonfermata sindku mill-ġdid. Fl-istess ħin kien ikkonfermat ukoll li l-Partit Laburista kiseb tliet siġġijiet fil-Kunsill Lokali f’Tal-Pietà, bil-Partit Nazzjonalista jikseb żewġ siġġijiet.

FILMAT: Il-PL jtella’ seba’ siġġijiet f’Marsaskala

Il-lokalità ta’ Marsaskala ntrebħet mill-Partit Laburista, b’ Mario Calleja kkonfermat mill-ġdid bħala sindku tal-lokalità. Il-kandidata żagħżugħa Janice Falzon, li għadha kif rifset fix-xena politika, ġiet eletta bħala Viċi-Sindku.

B’kollox il-Partit Laburista kiseb seba’ siġġijiet f’din il-lokalità.

FILMAT: Marsaxlokk jintrebaħ mill-Partit Laburista

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk se jkun qed jitmexxa minn maġġoranza Laburista għall-ħames snin li ġejjin, hekk kif ikkonfermat il-Ħamis waqt it-tieni rawnd ta’ għadd tal-voti tal-elezzjoni lokali.

Steven Grech kien ikkonfermat bħala sindku ta’ din il-lokalità. B’kollox il-Partit Laburista tella’ erba’ siġġijiet, fosthom l-ewwel mara fl-istorja li ġiet eletta f’isem il-Partit Laburista f’din il-lokalità, Elenia Desira.

Il-PL jżomm il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali tal-Gudja

Il-kandidata żagħżugħa Marija Sara Vella inħatret sindku tal-Gudja f’isem il-Partit Laburista. Vella hija t-tieni sindku Laburista li nħatret fit-tieni rawn ta’ għadd tal-voti għall-elezzjonijiet lokali wara Wayne Aquilina.

F’dan il-Kunsill Lokali, il-Partit Laburista kiseb tliet siġġijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb żewġ siġġijiet.

Wayne Aquilina jinħatar Sindku ġdid tal-Kalkara

L-ewwel lokalità li ngħalqet fit-tieni rawnd tal-voti l-Ħamis filgħaxija, bil-Partit Laburista jibaħ il-maġġoranza f’din il-lokalità.

Wayne Aquilina huwa l-ewwel sindku elett f’dan it-tieni rawnd ta’ għadd ta’ voti, li se jkun qed imexxi l-Kunsill Lokali tal-Kalkara, li għal dawn il-ħames snin se jkun magħmula minn maġġoranza Laburista.

17-il Kunsillier mara tal-PL fi 23 lokalità

Fl-ewwel 23 lokalità f’Malta u Għawdex fejn ingħaddu l-voti tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, kienu eletti sbatax-il kandidata mara f’isem il-Partit Laburista. F’Birżebbuġa ġew eletti żewġ kandidati nisa: Josette Busuttil u Maria Mifsud. F’Ħal Tarxien ġiet eletta Darlene Vella Zammit.

Il-Mellieħa eleġġa żewġ kandidati nisa: Rebecca Bartolo Cutajar, u Annabelle Brincat Stellini. Għall-Qrendi kienet eletta Marion Parnis. Iż-Żejtun kienet il-lokalità li fl-ewwel jum tal-għadd, rat l-ikbar ammont ta’ nisa eletti f’isem il-Partit Laburista – erbgħa li huma s-Sindku Doris Abela, Joan Agius, Stephania Fenech u Dorcas Camilleri. Fiż-Żurrieq ġew eletti tliet kandidati nisa tal-Partit Laburista: is- Rita Grima – li hija wkoll sindku ġdida – Marisa D’Amato, u Tiffany Farrugia.Aqra aktar

Il-PM Joseph Muscat b’impenji fil-Ġermanja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda għal ċerimonja f’Aachen, il-Ġermanja, li fiha ngħata l-premju Charlemagne lil Antonio Gutierres, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda għall-ħidma tiegħu biex isaħħaħ il-valuri Ewropej. B’referenza għall-enfasi li għamel fid-diskors tiegħu Antonio Guterras dwar l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima waqt kummenti lill-mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru Muscat qal li dawn iż-żewġ suġġetti mhux biss huma relevanti għal Malta iżda wkoll għall-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Libjan arrestat wara li nqabad b’€127,000 mhux iddikkjarati- it-tieni l-akbar qabda flus kontanti mid-Dwana fl-2019

Libjan li kien se jaqbad titjira għal Istanbul qed jinżamm arrestat wara li Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport qabduh b’ €127,506 flus kontanti mhux iddikkjarati. Dawn instabu f’kompartament moħbi fil-bagalja tal-passiġġier wara li l-Uffiċjali ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus tad-Dwana wasslilhom suspett dwaru u talbu biex jiġi nvestigat.

€10,000 flus kontanti ġew irrotornati lura lill-passiġġier, hekk kif dan huwa l-ammont stipulat bil-liġi li wieħed jista’ jġorr fuqu mingħajr ma jiddikkjarahom.Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nqabad f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt is-16-il sena

Ingliż ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri jiem ilu. Quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri, intqal kif nhar il-25 ta’ Mejju li għadda l-akkużat kellu relazzjoni sesswali ma’ persuna li għandha anqas minn 16-il sena fl-inħawi tar-Rabat Għawdex.Aqra aktar

Send this to a friend