Kelly Peplow | One News - Part 2

Kelly Peplow

Notifiki

ARA: Jiżbroffa vulkan fil-gżira Taljana ta’ Stromboli- Raġel jitlef ħajtu u bosta oħra midruba

Turist tilef ħajtu wara li vulkan fuq il-gżira Taljana ta’ Stromboli żbroffa fl-aħħar sigħat. Fuq il-post kien hemm ukoll bosta turisti li minnufih ħarbu għal post sigur biex isalvaw. Jidher li l-vittma, li huwa Sqalli ta’ 35 sena u li kien dilettant tal-mixi fit-tul f’postijiet ta’ dan it-tip, miet b’daqqa ta’ ġebla li waqgħet fuqu kawża tal-iżbroff.

Aqra aktar

Is-Soċjalist David Sassoli se jieħu post Antonio Tajani bħala President tal-Parlament Ewropew

David Maria Sassoli ġie elett President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. B’total ta’ 345 voti, huwa ġab biss seba’ voti anqas mill-maġġoranza li kellu bżonn kiex ikun elett f’din il-kariga.

Is-Soċjalist Taljan qal li se jidħol għal din il-kariga bi twemmin sħiħ f’Ewropa aktar b’saħħitha, dejjem diment li l-Parlament Ewropew ikollu rwol kruċjali.

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jirdoppja d-deċizzjonijiet dwar l-ilmenti minn klijenti tul l-2018

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjajri laqa’ 192 ilment minn konsumaturi li għamlu użu minn dawn is-servizzi f’Malta tul l-2018, żieda ta’ 10% fuq in-numru ta’ lmenti li daħlu fl-2017. Dawn jinkludu fost l-oħrajn ilmenti ta’ persuni li ngidmu minn xi servizz bankarju jew servizz qarrieri tal-assigurazzjoni.

L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji l-Avukat Reno Borg spjega li r-rapport annwali tal-uffiċċju tiegħu għall-2018 juri li 70% tal-ilmenti kienu marbuta mal-investiment.

“L-aktar li jidħlu każi ta’ mis-selling, jiġifieri li klijent xtara prodott mhux tajjeb għalihom jew ingħataw informazzjoni qarrieqa. U allura dan ma kienx jista’ b’mod liberu jagħżel li jidħol fl-investiment. Hemm regoli ċari mill-Unjoni Ewropea u anke mill-MFSA li aħna rridu nimxu magħhom.”

Isegwu dawn it-tip ta’ lmenti minn klijenti, hemm dawk marbuta ma’ servizzi bankarji, li fl-2018 laħqu l-20%.

“Kien hemm min għax ma fetħux basic payment account, telf ta’ credit cards. L-aktar transfers ta’ flus min barra minn Malta għal Malta jew viċi-versa.”

54% tal-ilmenti saru minn klijenti barranin, filwaqt li 46% minn klijenti Maltin.

Fl-istess ħin in- numru ta’ deċiżjonijiet milħuqa fl-2018 ilaħħaq il-139, kważi d-doppju ta’ dawk li ttieħdu fl-2017. Dan ifisser li naqsu b’mod qawwi l-każijiet pendenti, tant li r-rapport annwali jgħid ċar u tond li l-każijiet kollha li nfetħu fl-2016 ġew konklużi filwaqt li maġġoranza tal-każijiet tressqu quddiem l-uffiċċju fl-2017.

Fl-istess ħin, in-numru ta’ talbiet u każijiet żgħar żdied għal 1,016 fl-2018, biex b’hekk, b’kollox l-uffiċju laqa 2,057 talba mindu twaqqaf fl-2016.

Dr Borg qal li l-viżjoni ċara tal-uffiċċju tiegħu, apparti li jaqdi lill-partijiet kollha bl-aħjar mod u skont dak impost mil-liġi, huwa li kemm jista’ jkun kollox ikun riżolt b’medjazzjoni. Xi ħaġa li fi kliemu hija aktar kwistjoni ta’ kultura milli ta’ proċedura.

“Il-medjazzjoni hi kultura. Ma nistax ngħid li Malta għandna din il-kultura li naslu biha imma nista ngħid li kellna każi solvuti hekk u kemm jista’ jkun inħajru li l-każi jkunu sovuti hekk. Kemm għall-interess tal-klijent jew min qed jagħmel l-ilment u kemm għal dawk li qed joffru servizzi finanzjarji.”


 

Il-mexxejja Ewropej b’tama għal żblokk dwar l-ogħla karigi tal-UE

Fi Brussell illejla se jerġgħu jiltaqgħu l-Mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jiddeċiedu dwar min se jkunu l-persuni li jieħdu l-karigi ewlenin tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-ħames snin li ġejjin. Dan b’sistema kemmxejn ikkumplikata li trid tieħu kont tal-familji politiċi tal-kandidati, il-pajjiżi li ġejjin minnhom u anke l-ġeneru.

Aqra aktar

ARA: “Se nkomplu l-mixja b’saħħitha li Malta qabdet” – PM

F’Malta għandna kważi 92,000 kumpanija rreġistrata li jolqtu setturi differenti, numru li kapaċi jitla’ għal mitt elf jekk in-negozju f’Malta jkompli jikber bir-ritmu li qabad fl-aħħar snin. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta f’intervista fuq ONE Radio tkellem dwar il-Malta Business Registry li fetaħ din il-ġimgħa fiż-Żejtun. Fost l-oħrajn dan se jħaddan sistemi iktar moderni u li jiffaċilitaw il-ħajja tal-klijenti.

Aqra aktar

Send this to a friend