Kelly Peplow – Page 19 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

ARA: “It-tkabbir ekonomiku huwa realtà ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif l-aħħar numri ppubblikati dwar l-ekonomija mhumiex figuri waħedhom imma riflessjoni ta’ realta’ ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum. Huwa qal dan waqt intervista li xxandret fuq ONE Radio il-Ħadd filgħodu.

“L-isbaħ ħaġa hija li t-tkabbir mhux ġej minn qasam wieħed, mhux ġej minn ħaġa waħda, mhux ġej minn deċiżjoni waħda jew punt wieħed. It-tkabbir fl-ekonomija ta’ dan il-pajjiż ġej b’mod mifrux, strutturat illi dik minnha nnifisha tagħmilna dik li bl-ingliż ngħidulha resilient, jiġifieri tagħmilna aktar sodi”, qal il-Prim Ministru.Aqra aktar

Dramm għall-mitt sena mis-Sette Giugno

Id-dramm oriġinali, SETTE se jikkommemora ċ-ċentenarju mill-irvellijiet tas-Sette Giugno li seħħew f’Ġunju tal-1919. Dan id-dramm dinamiku huwa organizzat bi sħubija ma’ Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, li nħoloq minn The New Victorians, b’mużika elettronika oriġinali ta’ dan id-duo magħmul minn żewġt aħwa.

Aqra aktar

Theresa May ittemm il-mandat tagħha bħala Kap tal-Partit Konservattiv

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May temmet il-mandat tagħha bħala mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż fis-sebgħa ta’ Ġunju, ġimgħatejn wara li ħabbret ir-riżenja tagħha minn din il-kariga minħabba li ma kisbitx riżultati ‘sodisfaċenti’ dwar Brexit.

Hija se żżomm il-kariga ta’ Prim Ministru sakemm ikun maħtur is-suċċessur tagħha, x’aktarx lejn l-aħħar ta’ Ġunju. S’issa, ħdax il-Membru Parlamentari tal-Partit Konservattiv qalu li huma mħajra jikkontestaw għall-kariga, fosthom il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-eks Sindku ta’ Londra, Boris Johnson.Aqra aktar

“Rapporti” minn studenti Maltin dwar l-użu tal-plastik u l-ambjent rikonoxxuti minn għaqda ambjentali dinjija

Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.

YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar

Ilhom sena jgħallmuna kif inħarsu l-ambjent!

Mat-tmiem tas-sena skolastika wasal ukoll it-tmiem tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ġnien Sigriet, li għal dawn l-aħħar ħames snin kienet qed torganizza l-Fondazzjoni Maltija għall-Ħarsien tas-Soċjetà. Din is-sena, it-tema kienet mezzi sostenibbli ta’ kif wieħed iħares l-ambjent tal-madwar, fejn studenti ta’ bejn is-seba’ u l-għaxar snin minn għaxar skejjel differenti kienu jiltaqgħu biex jiddiskutu l-irwol tagħhom fil-ħarsien tal-ambjent.

Lorella Gatt, Uffiċjal mill-Fondazzjoni, spjegat li din it-tema niżlet tajjeb ferm mal-istudenti, hekk kif iċ-ċkejknin parteċipi kienu mgħarrfa sew dwar is-suġġett anke minn qabel id-diskussjonijiet u l-attivitajiet, tant, li ħarġu b’rakkomandazzjonijiet huma dwar x’wieħed jista’ jagħmel biex jintlaħqu l-miri tal-pajjiż għal ħarsien sostenibbli tal-ambjent.Aqra aktar

L-Italja titpoġġa taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-Kummissjoni Ewropea

L-Italja tpoġġiet fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv minħabba biljuni ta’ ewro ta’ dejn li nġema’ fl-aħħar snin fil-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea qalet dan b’mod formali l-Erbgħa, biex b’hekk, la darba l-proċess ta’ defiċit eċċessiv jintemm u jkun approvat mill-Ministri taż-Żona Ewro, il-Gvern Taljan jaffaċċja multa ta’ kważi tliet biljun ewro.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li d-dejn pubbliku tal-Italja llum jaqbeż iż-żewġ triljun ewro, jew mija tnejn u tletin fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini sostna s-Sibt li għadda li mhux se jċedi għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea, minkejja tensjoni li l-Gvern tiegħu jista’ jitfarrak minħabba pressjoni minn Brussell.

Din it-theddida fuq l-ekonomija Taljana ġiet jiem biss wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet biex tneħħi lil Spanja mill-istess proċedura ta’ defiċit eċċessiv, hekk kif Brussell issa jinsab sodisfatt bil-progress ekonomiku li sar mill-Gvern Spanjol fl-aħħar għaxar snin.

60 persuna jinqatlu fis-Sudan

60 persuna inqatlu fis-Sudan wara li forzi militari fil-pajjiż infexxew f’attakki vjolenti. Hu mifhum li dawn il-persuni huma ġejjin minn għaqda Parlamentari Sudaniża, li issa qed taffaċċja kundanna wara oħra mill-mexxejja dinjija ta’ dan l-aġit barbaru.

Aqra aktar

Send this to a friend