Kelly Peplow – Page 150 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Tim Peake lura fid-Dinja

L-Awstronawt Ingliż Tim Peake wasal lura fid-Dinja wara mawra storika li damet sitt xhur fuq l-Istazzjon Internazzjonali tal-Ispazju.

Il-kapsula li ġarret lill-Maġġur Peak u żewġ membri oħra niżlet f’ Kazakhstan aktar kmieni llum. Fl-Ewwel kummenti mal-midja, Peak saħaq li din kienet l-isbaħ mawra li qatt mar fuqha.

Aqra aktar

L-attriċi minn Game of Thrones li tħossha trabbiet hawn Malta

L-Attriċi żagħżugħa Ingliża Kerry Ingram issoltu narawha fis-serje famużissima Game of Thrones. Iżda din id-darba ltqajna magħha fil-mużew tal-Arkeoloġija l-Belt Valletta, u bir-raġun, għax hija ta’ dixxendenza Maltija.

Tgħidilna fost oħrajn kif kantat fil-festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba u x’qed tistenna mill-futur tagħha.

Aqra aktar

Twissija mill-UEFA lir-Russi u l-Ingliżi

Il-UEFA bdiet proċeduri dixxiplinarji kontra t-tim tal-futbol Russu wara l-ġlieda li nqalgħet fl-Istade Velodrome f’Marsilja eżatt kif intemmet il-partita bejn ir-Russja u l-Ingilterra tal-Euro 2016 ilbieraħ filgħaxija.

Il-UEFA wissiet kemm lir-Russi kif ukoll lill-Ingliżi li mhux se teskluli ż-żewġ timijiet jiġu eliminati jekk vjolenza ta’ dan it-tip terġa’ sseħħ.

Filmati li nxterdu fuq is-siti soċjali juru kif partitarji Russi ħebbu għal dawk Inglizi billi qabżu fl-istadium, hekk kif fl-aħħar rizultat tal-partit minn Grupp B kisbu draw ta’  wieħed b’wieħed. Il-UEFA ċanfret din l-imġieba ‘inaċċettabbli’ li ħalliet 31 persuna midruba u li għadhom qed jingħataw il-kura.

Aqra aktar

Bejgħ bi skop nobbli

Avveniment annwali għal familja kollha li ħafna ikunu qed jistennewha hija l-open day tal-Malta Hospice Movemnet f’Ħal Balzan. Hawn wieħed jista’ jara bejgħ ta’ pjanti u ħelu, logħob għat-tfal, lotteriji, u ħafna attivitajiet oħra.

F’dawn l-aħħar 27 sena il-Hospice offriet għajnuna paljattiva  għal dawk morda bil kanċer jew b’motor neuro disease, u issa anke mard kroniku tal-kliwi u pulmun.

Aqra aktar

Għodwa mat-tfal

Il-Ministru Owen Bonnici żar il-Manucca Child Care Centre fiż-Żejtun. Dan iċ-ċentru, li ilu miftuħ għal dawn l-aħħar sentejn u jgħin fl-iżvilupp soċjali tat-tfal, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ċentri li hawn fil-pajjiż. Aqra aktar

Lura San Ġorg jew biswit il-Parlament

Jidher li s-siti ewlenin favoriti mal-pubbliku biex jilqgħu l-monument tas-Sette Giugnio huma Pjazza San Ġorġ u d-daħla ta’ quddiem il-Parlament. Dan b’mod li l-monument jibqa’ f’post mill-iktar ċentrali. Fi żjara fil-Belt Valletta kienu dawn l-iktar siti li ssemmew għalkemm xi wieħed jew tnejn esprimew il-ħsieb li jmur quddiem Kastilja.

Aqra aktar

Qaddiefa nisa fil-Valletta Pagaent of the Seas

Għall-Valletta Pageant of the Seas fadal biss ġimgħa.

Dan qed jissejjaħ “l-ispettaklu tas-sena” mtella mill-fondazzjoni Valletta 2018. Waqt konferenza tal-aħbarijiet intqal kemm il-Port il-Kbir ma kienx qed ikun użat biżżejjed, u għalhekk se jinħoloq teatru fuq wiċċ il-baħar li joħroġ il-potenzjal sħiħ tal-Port il-Kbir.

Iċ-ċermen ta’ Valletta 2018, Jason Micallef, qal li dan ser ikun il-qofol tat-tifkira mill-450 sena mit-twaqqif tal-Belt Valletta. L-ikbar avveniment li għaqqad nies mis-settur marittimu tekniku u kummerċjali.

Aqra aktar

Send this to a friend