Kelly Peplow – Page 145 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Ftit qabel jagħlaq għall-aħħar darba

Il-Mużew tal-Arti jinsab fl-aħħar ġimgħa tiegħu fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta. Issa li bdew il-preparamenti biex dan jimxi għall-Berġa tal-Italja, One News żar il-pitturi fid-Dar tal-Ammiraljat għall-aħħar darba.
Aqra aktar

Tmurx l-iskola waħdek, imma bum a lift!

App fuq il-mobile se tiffaċilita li wieħed jiftiehem ma xi ġenitur jew student ieħor biex iwasslu lil xulxin l-iskola.

Din is-sena għoxrin skola primarja u sekondarja, kif ukoll l-Universita ta’ Malta se tkun rreġistrata li tista tuża din l-applikazzjoni bl-isem ta’ Bum A Lift, wara s-suċess tal- proġett pilota tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

L-ibħra Għawdxin f’reklam Żvediż

L-ibħra Maltin huma fost l-isbaħ u dan wassal biex reklam Żvediż kien miġbud fl-ibħra impekkabbli li jdawru l-Gżira Għawdxija. Il-produtturi ta’ din il-kumpanija li tipprovdi l-internet fissru dawn l-ibħra bħala ġojjell.

Aqra aktar

Riforma meħtieġa fiċ-ċentri għall-iskart goff

Għal numru ta’ snin Iċ-Ċentri tal-Iskart Goff madwar Malta kienu qed jaraw użu estensiv mis-settur kummerċjali, użu li fisser id-detriment tal-għan prinċipali tas-siti: li skart domestiku goff ikun mormi b’mod li jkun jista jiġi rriċiklat.Issa il-kumpanija Wasteserve introduċiet riforma li se tiddistingwi bejn użu privat u dak kummerċjali skont it-tip ta’ vettura li dak li jkun se juża. Dan biex filwaqt li jkun hemm monitoraġġ aħjar tal-iskart goff xorta jingħata servizz xieraq lil kulħadd.

Aqra aktar

Faċilitajiet sportivi f’Santa Venera

Huwa dritt ta’ kull assoċċjazzjoni sportiva li jkolha ambjent sigur u professjonali fejn jingħata t-taħriġ.

Sa ftit ġimgħat oħra in-Nursery ta’ Santa Venera se tkun tista’ tagħmel użu mill-grawnd tal-futbol li wara ħames snin ta’ ħidma fuqu, issa wasal fl-aħħar stadju ta’ tisbiħ.

Tkellimna ma’ Ray Decelis, head coach tan-nursery ta’ Santa Venera, li spjega li dan il-proġett ltaqa’ ma’ numru ta’ diffikultajiet, iżda dawn ingħelbu b’sens ta’ kollaborazzjoni.

Aqra aktar

Rabta Rumana bejn iż-Żejtun u tas-Silġ

Dilettanti tal-Istorja bikrija ta’ Malta żgur kellom ix-xewqa li jimxu fil-passi ta’ missierijietna u jduqu ftit mill-ħajja tal-imgħoddi. Permezz ta’ mgħodija iktar aċċessibbl bil-pass bejn il-fdalijiet tal-Villa Rumana fiż-Żejtun u l-inħawi Tas-Silġ qrib Marsaxlokk, kull min jgħaddi minnha se jkun qed jimxi fuq il-passi tal-ħakkiema Rumana li ta’ sikwit użaw din it-trejqa biex jesportaw iż-żejt Malti.  Dettalji fil-filmat. Aqra aktar

Sajf bieżel għall-Pulizija

Hekk kif is-sajf qed joqrob lejn tmiemu, l-ħidma tal-pulizija tat-turiżmu tibda tmajna ukoll.

Membri minn din is-sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija kkonfermaw li dan is-sajf kien wieħed bieżel, bl-iktar interventi li saru kienu minħabba l-pickpocketing, fenomenu li kellna ħafna twissijiet dwaru u, bil-ħidma tal-pulizija, naqas.

Aqra aktar

Id-daħla tal-Belt tilqgħak bil-mużika

Dawk kollha li s-Sibt filgħodu daħlu l-Belt għall-qadi ta’ tmiem il-ġimgħa kienu milquha minn grupp ta’ żgħażagħ bi strument li għalkemm dejjem narawh fl-orkestra, ftit nafu dwaru. Dawn kollha kienu żgħażagħ li jaqsmu mħabba għad-Double Bass, tant li għadhom kif temmu ġimgħa ta’ taħriġ intensiv f’dan l-istrument, u ingħataw iċ-ċans li jesibixxu dak li tgħallmu fil-pubbliku.

Aqra aktar

Bżonn ta’ rinovar f’Dar il-Mediterran

Il-Bini storiku li llum nafuh bħala Dar il-Mediterran se jsir attrazzjoni turistika permezz ta’  proġett interattiv li se jerġa jfakkar l-użu bikri tal-post. Iżda, biex l-attrazzjoni tkun waħda preżentabbli u aċċessibbli l-ewwel hemm bżonn ta’ intervent infrastrutturali, mhux biss biex il-post ikun preżentabbli b’mod estetiku, iżda biex dan ikun mill-iktar sigur.

Aqra aktar

Send this to a friend