Kelly Peplow – Page 144 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

“Dejjem nimbuttaw biex isir iktar”

L-Edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-ħolqien tax-xogħol kienu t-temi ewlenin tas-sessjoni tat-Tnejn ta’ Gvern li jisma’. Sessjoni li rat il-parteċipazzjoni tal-Ministru Evarist Bartolo u is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

‘Dejjem nimbuttaw biex isir iktar milli sar’, kliem il-Ministru Evarist Bartolo waqt is-sessjoni ta’ Gvern Li Jisma tat- Tnejn filgħaxija fejn kien diskuss il-qasam edukattiv u d-diversi inizzjattivi li saru u li għad irid isiru min-naħa tal-Gvern.

Aqra aktar

Tibdil fix-xiftijiet fil-Korp tal-Pulizija

Waqt id-diskors tiegħu f’esibizzjoni tal-pulizija fil-Parlament, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ħabbar proġett li jinsab fl-ewwel fażi tiegħu, biex isiru tibdiliet fix-xifts ta’ diversi taqsimiet tal-pulizija.

Aqra aktar

Statwa tal-anġlu kustodju f’ta’Xbiex

Proġett simboliku u artistiku se jgħolli l-preġju tal-lokalita ta’ ta’ Xbiex, hekk kif statwa tal-bronż u d-deheb tal-anġlu kustodju se titpoġġa fil-ponta tal-breakwater tal-istess lokalità.

Dan b’ta li mod li dan l-anġlu se jkun xempju tal-paċi u l-prosperita’ fid-dinja. Statwa li se tiġi inawgurata f’Jum ta’ Xbiex f’ ġunju 2017.

Aqra aktar

S&P twissi dwar l-AAA tar-Renju Unit

Ir-Renju Unit jista’ jitlef ir-rata ta’ kreditu, AAA, wara r-riżultat favur il-kampanja LEAVE.

AAA hija indikazzjoni finanzjajra tajba ħafna lill-investituri prospettivi. Iżda, uffiċjali minn Standard&Poor’s kkummentaw dwarha u qalu li preżentament din is-sitwazzjoni fid-dawl tar-Renju Unit mhi b’saħħitha xejn anke għax jidher li m’hemmx pjan għal Brexit. Aqra aktar

Serje Żvediża tinġibed f’Malta

Tkompli tikber l-industrija internazzjonali tal-films f’Malta hekk kif ftehim proġett ġdid mill-Malta Film Commission se tara kumpanija żvediża tiġbed reality show f’pajjiżna fiż-żmien li ġej.

L-aħbar ta’ din issegwi s-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna hekk kif spiċċa x-xogħol fuq serje televiżiva oħra mill-istazzjoni Taljan RAI dwar siti importanti storiċi fejn bastiment intilef bejn sema u ilma. Dan ħalla €8 miljun fl-ekonomija lokali.Aqra aktar

Tim Peake lura fid-Dinja

L-Awstronawt Ingliż Tim Peake wasal lura fid-Dinja wara mawra storika li damet sitt xhur fuq l-Istazzjon Internazzjonali tal-Ispazju.

Il-kapsula li ġarret lill-Maġġur Peak u żewġ membri oħra niżlet f’ Kazakhstan aktar kmieni llum. Fl-Ewwel kummenti mal-midja, Peak saħaq li din kienet l-isbaħ mawra li qatt mar fuqha.

Aqra aktar

Send this to a friend