Kelly Peplow – Page 138 – One News

Kelly Peplow

Notifiki

Dinja moderna fejn il-paċi għandha tirrenja – JM

L-għaqda b’saħħitha bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth, tistà tkun is-soluzzjoni għaċ-ċirkostanzi diffiċli li qed naffaċċjaw fl-Istorja Moderna. Dan kien is-sentiment li bih, il-Prim Ministru Joseph Muscat intervjena fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Commonwealth f’Westminster Abbey, Londra, bħala President tal-Commonwealth.

Aqra aktar

X’aktarx, sabu l-farawni

Sejba straordinarja fil-Kapitali Eġizzjana hekk kif arkeologi Eġizzjani u Ġermaniżi li kienu qed jeskavaw tempju antik,  sabu fdalijiet ta’ statwa ta’sitta u għoxrin pied , maħsuba li tirrappreżenta wieħed mill-eqdem mexxejja tad-dinastija Eġizzjana: il-Farawni Ramses it-Tieni.

Aqra aktar

L-ikbar kriżi umanitarja mill-1945… aktar minn 20 miljun persuna jsofru l-ġuħ

Ninsabu f’punt kritiku fl-Istorja tad-Dinja hekk kif qed tkun miġġielda l-ikbar kriżi umanitarja mill-1945; tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Dettalji li taw in-Nazzjonijiet Magħquda jikkonfermaw li iktar minn għoxrin miljun persuna fil-Yemen, fis-Somalja, is-Sudan, u n-Niġerja huma f’riskju li jsofru l-ġuħ, b’iktar minn miljun tifel u tifla mistennija jmutu bil-ġuħ fl-2017 biss.

Aqra aktar

Manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti għall-istudenti kollha

Għall-ewwel darba l-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex se jkollhom manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti, bir-regoli l-ġodda kollha miġbura f’temi differenti biex l-istudenti jifmuhom aħjar.

L-awtur ta’ ‘Nikteb il-Malti Tajjeb’, Karl Scicluna, spjega kif kienet ilha tinħass il-bżonn għal ktieb tal-ortografija aġġornat li l-istudenti u l-għalliema jistgħu jużaw bħala referenza.

Aqra aktar

IL-PRESIDENZA MALTIJA TWASSAL GĦAL FTEHIM KONTRA L-EVAŻJONI TAT-TAXXA

  • Il-Presidenza Maltija tkompli tikseb ir-riżultati

Seba’ ġimgħat biss wara l-bidu tagħha, il-Presidenza Maltija, laħqet ftehim mal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, biex tkun ikkompilata lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx mal-liġijiet Ewropej dwar l-evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus, bil-għan li dawn ikunu esklużi.

Il-Ftehim li qed jissejjaħ Anti-Tax Avoidance, ATAD II, huwa prova ċara ta’ kemm pajjiżna huwa kommess li jiġġieled il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. B’Hekk, kwalunkwe allegazzjoni li pajjiżna qed ikaxkar saqajh biex jilħaq dan il-ftehim mal-Ewropa kienet falza.

Aqra aktar

Kull aspett tas-saħħa milqut

Ċentru għas-saħħa ġdid f’Raħal Ġdid mhux biss se jkollu dak kollu li wieħed jistenna li jirċievi fil-polikliniċi iżda se jintroduċi il-kunċett ta’ ċentru għall-prevenzjoni fejn iċ-ċittadin se jingħata gwida individwali għall-għixin aħjar.

Qal dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn fis-sit tal-hekk imsejħa Poala Hub, magħrufa bħala l-inħawi ta’ Schrieber. Hawnhekk il-Ministru ta spjegazzjoni dettaljata ta’ kif se jkun imqassam iċ-ċentru l-ġdid li hu ddeskriva bħala sptar żgħir.

Aqra aktar

Meta t-taħżiża tagħmel sens

  • ŻGĦAŻAGĦ LI QED JISSODISFAW IL-KILBA GĦALL-KITBA BIL-PROGRAMM TAĦŻIŻ

Kulħadd għandu storja x’jirrakkonta, xi episodju brijuż minn ħajtu, jew anke xi mewġa li bidlitu għalkollox hekk kif ħareġ minnha. Jew sempliċiment hawn min joħlom b’xi karattru f’dinja fittizja u joħloq storja biex iservi bħala mezz ta’ kif jaqta’ ftit mill-ħajja ta’ kuljum.

Min jaf kemm nafu persuni li bdew xi blogg biex jgħidu tagħhom jew għandhom xi folder mistur fil-laptop tagħhom mimli stejjer qosra fittizji, li jistħu jippubblikawhom għax “u le, mhux tajbin daqshekk,” jew “ħeqq, qatt ma ġie ċ-ċans, hux!”

Dawn iż-żewġ ħsibijiet kienu biss ftit minn dawk li fl-2013 ispiraw studenti membri tal-Għaqda tal-Malti – Università biex iwelldu l-programm Taħżiż. Programm li bl-appoġġ tal-Aġenzija Żgħażagħ iħeġġeġ il-kitba kreattiva fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-tmintax u t-tletin sena.

Aqra aktar

L-unika skola Musulmana f’Malta se jkollha tagħlaq is-sekondarja

L-unika skola Musulmana f’Malta, Mariam Al Batool, se jkollha tagħlaq l-iskola sekondarja fi ħdandha fis-sena skolastika li jmiss, minħabba problemi finanzjarji li akkumulaw tul l-aħħar ħames snin.

L-iskola li twaqqfet fl-elf disgħa mija sebgħa u disgħin mill-Imam, Mohammad Elsadi, u tħaddan kindergarten, skola primarja, u sa mill-2007 skola sekondarja li kienet timpjega għalliema Maltin. Huwa magħruf li l-iskola ilha dawn l-aħħar snin tipprova ssolvi kwistjonijiet bħan-nuqqas ta’ faċilitajiet akkademiċi, u issa l-għalliema tas-sekondarja kollha rċivew ittra li se jintemm l-impjieg tagħhom.

Aqra aktar

Ma bediex bit-tajjeb Mr Grey!

Minkejja l-istennija, il-kontroversji u l-vidjo mużikali tal-kanzunetta I Don’t Want to Live Forever, il-film Fifty Shades Darker, it-tieni mis-sensiela Fifty Shades of Grey, mhux mistenni jkun fil-quċċata tal- Box Office Amerikana fl-ewwel tmiem il-Ġimgħa tiegħu.

Skont il-kritiku tal-films Mario Azzopardi din hija l-ewwel previżjoni għal Fifty Shades Darker erbgħa u għoxrin siegħa wara l-permier li xxandar madwar id-dinja,

Minkejja li t-tim tal-produzzjoni bbrilla fil-mod kif irreklamah, mit-trailers, sal-vidjo mużikali, jidher li Fifty Shades Darker se jitlef għall-film The Lego Batman Movie.

Aqra aktar

Mument storiku fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Kien avveniment sinnifikanti dak li seħħ dalgħodu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fejn ltaqa’ l-Partit Soċjaljst Ewropew. Politiċi minn madwar l-Ewropa iddiskutew il-futur tal-Unjoni Ewropea u l-migrazzjoni b’mod partikolari.

Fl-ewwel kummenti mal-midja, il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini qalet li dwar il-migrazzjoni, llum għandu jintlaħaq ftehim dwar drittijiet umanitarji. Anke fil-każ tal-Libja, ħajjet dawk li qed jaħarbu l-kunflitt għandha tkun imħarsa. Saħqet li l-mexxejja għandhom iħarsu lejn il-ħajjiet tal-persuni, mhux biss fuq il-baħar iżda anke fid-deżert u fuq l-art.

Send this to a friend