Kelly Peplow | One News - Part 128

Kelly Peplow

Notifiki

Mil-lejla, marti ssir martek

Marti martek, martek marti hija l-iktar proġett riċenti tal-kumpanija rinomata Staġun Teatru Malti li għal dawn il-ġranet se tkun l-ispattaklu ewlieni fit-Teatru Manoel.

Atturi stabbiliti bħal Carlos Farrugia, Larissa Bonaci u Kris Spiteru huma biss uhud mill-protagonisti f’dramm li żgur se jintogħgob mill-udjenza Maltija. Il-Kumpanija dejjem tellgħet l-aqwa fost it-teatru Malti, ibbażat fuq teatru ġdid li l-udjenza dejjem irrispondiet b’entużjażmu kbir għax-xogħolijiet tal-kumpanija.

Aqra aktar

Il-‘figura ideali’: riflessjonijiet ta’ ġurnalista

Kulħadd jixtieq ikun irqaq. Huwa fatt tal-ħajja,  u iktar ma wieħed jammettiha miegħu nnifsu, iktar aħjar. U aktar ma joqrob l-istaġun tas-sajf, aktar wieħed jibda jaħseb biex jonqos mill-piż.

Kull fejn tqalleb fir-rivisti  jew fuq siti elettroniċi ssib artikli jgħidulek kif għandek tonqos mill-piż malajr, jew, iktar prominenti, x’figura wieħed għandu ikollu biex ikun meqjus bħala ‘ideali’.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru tal-Iraq jordna l-arrest ta’ protestanti

Il-Prim Ministru tal-Iraq Haider al Abadi ordna l-arrest ta’ attivisti ‘Shia Muslim’,  li pprotestaw billi qabdu u daħlu fil-bini tal-Parlament f’Baghdad. Mijiet ta invidiwi li jappoġġjaw lill-kleriku Moqtada al Sadr, ipporotestaw  kontra l-Gvern attwali tal-Iraq talli ma ħax azzjoni kontra l-korruzzjoni.

Il-Midja internazzjonali tikkonferma li pulizija viċin tal-ambaxxata Amerikana f’Baghdad sparaw ‘tear gas’ fuq dawk li kien qed jipprotestaw. Huwa kkonfermat ukoll li minn tal-inqas membru parlamentari wieħed ġie attakkat minn dawn.

Il-Prim Ministru Abadi saħaq li l-ordni tal-arrest ta’ dawn in-nies hija minħabba l-atti vandali fuq propjetajiet tal-Istat,u li danw għandhom jirċievu il-pieni li ħaqqhom.

Ritratt: BBC

‘Violet’ ta’ Strada Stretta

Min hi Violet tas-serje televiżiva Strada Stretta?

Fil-verita’, jisimha Lorianne D’Ugo. Għandha 34 sena, miżżewġa u taħdem full time bħala maniġer ta’ ditta tal-ġojjellerija ma kumpanija privata. Sa min eta’ żgħira kienet tħobb tirreċta l-iskola iżda waqfet kif ħarget mis-sekondarja minħabba impenji personali. Kien biss tlett snin ilu li ħabib tagħha ħajjarha verament sabiex tidħol fid-drama u tagħmel dak li vera tħobb.

Aqra aktar

Send this to a friend