Kelly Peplow | One News - Part 10

Kelly Peplow

Notifiki

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

BIL-FILMAT: L-aggressuri għandhom bżonn l-għajnuna wkoll

Għandu jkun hemm assessjar tajjeb ta’ każ ta’ vjolenza biex anke l-aggressur jingħata l-għajnuna li għandu bżonn.

Dan kien il-qofol ta’ riċerka dwar is-suġġett, li saret mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika li tħaddan l-għaqda Peer to Peer. Din tħeġġeġ professjonisti bħal Pulizija, Psikologi, jew persuni li jaħdmu fil-qasam tas-Saħħa, biex jagħtu sehemhom f’każi ta’ vjolenza b’mod ħolistiku.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-BOV bi qligħ ta’ €146.2 miljun fl-2018 qabel it-taxxa

Il-Bank of Valletta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ mija sitta u erbgħin miljun u mitejn elf ewro fis-sena finanzjarja li ntemmet fl-aħħar ta’ Diċembru. Imqabbel mas-sena ta’ qabel, il-qligħ tal-bank żdied b’sitta fil-mija.

Madankollu f’konferena tal-aħbarijiet, it-tmexxija tal-bank qalet li warrbet ħamsa u sebgħin miljun ewro biex tilqa’ għal każi ta’ litigazzjoni li hemm għaddejjin bħalissa u b’hekk għalqet l-elfejn u tmintax bi qligħ ta’ wieħed u sebgħin miljun u mitejn elf ewro.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: 31,000 adult u student iżuru siti storiċi b’xejn

Fil-mitt jum li ilu jeżisti l-passaport ta’ Heritage Malta, sebat elef student ġabru l-passaport tagħhom, u b’kollox, wieħed u tletin elf adult u student diġà żaru bosta siti storiċi tal-Aġenzija mingħajr ħlas.

F’konfereza tal-aħbarijeit, il-Minsitru għall-Kultura Owen Bonnici esprima sodisfazzjon għal dawn iċ-ċifri, u fakkar li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn il-Gvern qed jipprovdi aċċess aħjar ta’ stit storiċi ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Il-Parlament Ingliż jivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim

Il-Parlament Ingliż ivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-mozzjoni għaddiet b’312 vot favur tluq bi ftehim u b’308 favur tluq mingħajr ftehim.

Jum ilu, il-Parlament f’Westminster reġa’ vvota kontra l-abozz rivedut tal-Prim Ministru Theresa May dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Fil-Parlament, May qalet li l-abbozz rivedut jirrispetta r-riżultat tar-referendum ta’ Ġunju 2016 filwaqt li jirrispetta r-rieda tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea.

Iżda dan ma kienx biżżejjed biex jikkonvinċi l-Parlament Ingliż, li qed jibqa’ jsostni sal-aħħar li kwistjonijiet bħal dik tal-fruntiera Irlandiża se tibqa’ sfida għan-negozjati Brexit.

BIL-FILMAT: Daqshekk diskriminazzjoni kontra YouTubers Maltin

Ilment mingħand tifla ta’ disa’ snin wassal biex f’Malta twieled qasam ġdid li kapaċi joħloq għexieren ta’ impjiegi u jħalli eluf fl-ekonomija Maltija.

Mill-Ħamis, il-Maltin li jipprovdu kontenut fuq YouTube se jibdew jitħallsu ta’ xogħolhom għax issa Malta ssieħbet fil-YouTube Partnership Programme.

Aqra aktar

Taħfer lil żewġha wara li prova jifgaha b’charger ta’ mobile

Il-Qorti tal-Appell irrevokat sentenza ta’ 6xhur ħabs effettivi lill-Kuntistabbli li pprova jifga lil martu. Huwa ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs, u se jkompli jingħata l-kura għal-kundizzjoni mentali li għandu.

Il-każ jeħodna lura għal Ġunju tal-2008 meta Kevin Galea prova jifga’ lil martu b’charger tal-mobile, minħabba li kien qed jisuspetta li bidlitu. Galea kien instab ħati b’attentat ta’ qtil u vjolenza domestika, iżda appella mis-sentenza u talab li l-piena ta’ 6 xhur ħabs tkun revokata għaliex kellu kundizzjoni mentali u allura kellu bżonn għajnuna medika.

Aqra aktar

Send this to a friend