Jessica Sultana | One News - Part 7

Jessica Sultana

Notifiki

Lejn Kunsilli Lokali eqreb taċ-ċittadin

F’seminar organizzat mid-diviżjoni għall-Gvern Lokali bit-tema: Ħidma Kollaborattiva bejn il-Kunsilli Lokali u l-entitajiet governattivi, il-Ministru għall-Gvern Lokali, Owen Bonnici tkellem dwar il-fatt li l-Kunsilli Lokali għandhom r-rwol li jressqu l-poter amministrattiv dejjem aktar viċin dawk li l-aktar ikunu ser jiġu affettwati bid-deċiżjonijiet tagħhom.
Aqra aktar

Ħames persuni mejta wara sparatura f’bank fi Florida

Raġel armat qatel ħames persuni f’bank fi Florida. Il-każ seħħ fil-bank SunTrust f’Sebring, meta l-qattiel – Zephen Xaver ta’ wieħed u għoxrin sena qal hu stess li kien spara lil ħames persuni.
L-aggressur issakkar fuq ġewwa tal-bank, pero aktar tard radd ruħu b’idejh lill-pulizija. Madanakollu ma offrew l-ebda raġuni dwar x’seta’ kien il-mottiv wara dan l-attakk.Aqra aktar

Trump jipposponi d-diskors tal-Istate of the Union

Il-president tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li mhux se jagħmel dak magħruf bħala d-diskors annwali tal-Istate of the Union qabel ma jintemm is-shutdown tal-gvern.
Is-shutdown ħalla tmien mitt elf ħaddiem federali mingħajr paga mit-tnejn u għoxrin ta’ Diċembru ‘l hawn. Fost il-problemi li wasslu għal dan is-shutdown hemm il-kwistjoni tal-ħajt bejn il-fruntiera Amerikana mal-Messiku. Għal dan Trump irid kważi sitt biljun dollaru biex jibni l-ħajt fiżda d-demokratiċi qed jibqgħu jirrifjutaw dan.

Franza rrabjata wara kummenti negattivi mill-Italja

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika. Dan wara li nhar il-Ħadd li għadda, Luigi di Maio talab lill-Unjoni Ewropea biex timponi sanzjonijiet fuq Franza minħabba l-politika tagħhom fl-Afrika.

Skontu, Franza qatt ma waqfet tikkolonizza għexieren ta’ stati Afrikani u għalhekk qal li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kawża ta’ dan.

Mitlub jikkummenta dwar dan il-każ, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi Pierre Moscovici, sostna li r-relazzjoni bejn Franza u l-Italja hija importanti u awgura li jintemm dan il-kunflitt li qal li hu negattiv u ma jagħmilx sens.

Send this to a friend