Jessica Sultana | One News - Part 41

Jessica Sultana

Notifiki

L-applikazzjonijiet għall-Breakfast Club huma miftuħa

L-applikazzjonijiet għas-servizz tal-Breakfast Club huma miftuħa u l-ġenituri jistgħu japplikaw għal dan is-servizz fuq www.edu.gov.mt/breakfastclub

Dan is-servizz, li huwa pprovdut mingħajr ħlas, huwa disponibbli għat-tfal f’livell primarju fl-iskejjel tal-istat.

Din hija t-tielet sena ta’ din l-inizjattiva u s’issa użaw is-servizz mas-6,000 student bl-investiment min-naħa tal-Gvern jkun ta’ miljun u nofs ewro.

Aqra aktar

Staġun miftuħ, imma b’aktar limitazzjonijiet

Il-ħtieġa ta’ dixxiplina u ta’ infurzar kienu l-messaġġi ewlenin fl-ewwel jum li tal-istaġun tal-kaċċa. Staġun b’iktar limitazzjonijiet bil-għan li jkun assigurat li l-kaċċa f’pajjiżna tibqa sostennibbli.

L-istagun jagħlaq fl-aħħar ta’ Jannar, għalkemm il-kaċċa fuq il-gamiema tieqaf fit-30 ta’ Settembru. Ma tista’ ssir ebda kaċċa bejn il-15 ta’ Settembru u is-sebgħa ta’ Ottubru wara is-sebgħa ta’ filghaxija.

Ma naqasx l-appell ta’ Lino Farrugia, mill-Federazzjoni kaċċaturi, nassaba u konservazzjonisti.

Min-naħa tagħha, l-Birdlife sostniet li l-Gvern u l-Pulizija huma mħeġġa jpoġġu l-infurzar tal-liġijiet ambjentali bħala prijorità tul ix-xhur li ġejjin.

Aqra aktar

Se jmorru jgħinu fl-Italja

USARK9 tal-SOS Malta se jħalli pajjiżna għall-Italja biex jassisti fl-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ wara t-terremot li seħħ f’Umbria.
It-tim mistenni jasal l-Italja għada biex jagħti l-għajnuna meħtieġa. Fi stqarrija, SOS Malta qalu li jinsabu grati għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni li qed tkun offruta f’din il-missjoni ta’ emerġenza li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha wara li kien stabbilit dan il-Unit fl-2015.
Intant, SOS Malta tinsab f’kuntatt dirett mal-uffiċju internazzjonali Malti biex isegwi dak kollu li jkun għaddej.

Approvata applikazzjoni għall-ogħla bini f’Malta

Il-Bord tal-Awtorità approva proġett ta’ tmienja u tletin sular f’Tas Sliema. Dan kien approvat b’seba’ voti favur u sitta kontra.

Iċ-Ċermen tal-Bord, Vincent Cassar, kien wieħed fost dawk li vvota kontra l-investiment f’Tas-Sliema għax qal li għad m’hemmx studju konklussiv.Aqra aktar

Approvat l-iżvilupp ta’ erba’ torrijiet fl-Imrieħel

L-Awtorità għall-Ippjanar approvat żvilupp ta’ erba’ torrijiet fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel, liema proġett mistenni joffri livell għoli ta’ akkomodazzjoni għal uffiċini, ristoranti, childcare centre u faċilitajiet oħra, inkluż supermarket, showroom, gym. L-erba’ torrijiet mistennija jkunu ta’ 14, 16, 17 u 19-il sular rispettivament bil-proġett jitlesta fi żmien erba’ snin.

Wara erba’ sigħat ta’ diskussjonijiet, il-proġett ġie approvat b’11-il vot favur u 3 kontra.

Matul il-laqgħa pubblika spikka kelliem fost l-udjenza li allega li l-Perit Ray Demicoli, li qed jieħu ħsieb l-iżvilupp fl-Imrieħel, għandu kunflitt ta’ interess. Dan minħabba l-fatt li l-Perit Demicoli kien fost dawk li fasslu d-draft tal-politika dwar il-bini għoli.Aqra aktar

“Għalina, l-fondi jagħmlu d-differenza kollha”

Disa’ riċerkaturi u intraprendituri bbenefikaw minn €100,000 bejniethom. Dan bħala parti mill-fondi TAKE OFF li huwa bbażat fl-Universita’ ta’ Malta. Il-preżentazzjoni tal-fondi saret waqt ċerimonja tas-‘Seed Fund Awards’ li għaliha attenda l-ministru għall-ekonomija, investiment u intrapriżi ż-żgħar, Chris Cardona flimkien mar-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta, l-Professur Alfred Vella.

Aqra aktar

Se jkollna ċentru loġistiku f’Ħal Far

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li kien identifikat post f’Ħal Far biex isir ċentru loġistiku (logistics hub). Dan huwa post fejn l-attività kollha marbuta ma’ trasport, loġistika u distribuzzjoni ta’ merkanzija, kemm għal skop nazzjonali u anke internazzjonali issir minn operaturi diversi. Ħal Far huwa meqjus ideali peress li qrib il-Port Ħieles, li l-Prim Ministru indika li huwa diffiċli li jingħata iktar art .   Dan il-hub li se jkun kbir minimu ta’ nofs miljun cubic metre  u se jsir permezz ta’ ftehim mas-settur privat.

Aqra aktar

Proposta biex immigranti f’Malta jsiru accountants

EY qed jipproponu li jsir proġett pilota bil-għan li jgħin lill-immigranti f’pajjiżna li għandhom il-kapaċitajiet li jkunu utli għall-ekonomija Maltija. Meta dawn jikkontribwxxu, ikollhom ħajja aktar dinjituża.
L-idea prinċipali wara din il-proposta hija biex tattira immigranti regolari bi kwalifiċi akkademici u aspirazzjonijiet biex jaċċessaw il-programm ta’ EY fl-accountancy. Din ġiet ippreżentata waqt konferenza bl-isem ‘Beyond this Economic Horizon’ li għaliha attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat. 
Permezz tal-proġett propost, l-immigranti parteċipanti jingħataw pakkett ta’ sapport li jinkludi lezzjonijiet bla ħlas, laptop u anke moniteraġġ adattat biex jgħinuhom jikkwalifikaw għal din l-iskema. Ikunu jridu jgħaddu minn żewġ A levels biex ikunu eleġibbli.

Aqra aktar

Send this to a friend