Jessica Sultana | One News - Part 34

Jessica Sultana

Notifiki

Jirbaħ il-partit ta’ Rajoy?

Il-Partit Popolari Spanjol tal-Prim Ministru Mariano Rajoy rebaħ il-maġġoranza ta’ siġġijiet fl-elezzjoni parlamentari fi Spanja li saret ilbieraħ.

Dan minkejja li ma ġabx il-maġġoranza tal-voti, u ġab biss  33%. Filfatt il-partit ta’ Rajoy kiseb 137 siġġu minn 350, li jfissru 14-il siġġu aktar mill-elezzjoni ta’ Diċembru li għadda.

Aqra aktar

Allura issa x’se jiġri?

X’se jiġri fil-jiem li ġejjin, issa li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea?

Mistenni jiltaqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji 

Għada l-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji biex jiddiskutu u jniedu proċeduri li jagħmlu parti minn Artiklu ħamsin tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Dan wara li din il-ġimgħa, l-poplu tar-Renju Unit ivvota f’referendum u ddeċieda li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Votanti Spanjoli jipprovaw iwaqqfu imblokk

Fi Spanja mistennija terġa’ tinfetaħ il-votazzjoni wara li erba’ partiti politiċi ewlenin fallew milli jkissru l-imblokk politiku mill-elezzjoni ġenerali inkonklusiva ta’ Diċembru li għadda.

L-istħarriġ ta’ opinjoni ssuġġerew li l-elezzjoni tal-Ħadd xorta tista’ ma tegħlibx l-istaġnar eżistenti. L-istħarriġ qed juri li l-partit xellugi, Unidos Podemos qiegħed fuq quddiem, bis-soċjalisti fit-tieni post.

Aqra aktar

Sfurzata tħalli lil binha ta’ erba’ snin warajha f’Malta

Omm qed tgħid li kienet sfurzata tħalli lil binha ta’ erba’ snin elf u ħames mitt mil ’il bogħod f’Malta wara li tellgħet kontijiet ta’ £25, 000 lira waqt battalja għall-kustodja.

Mirror irrappurtat li Janice Dunn, ta’ 42 sena qattgħet disa’ xhur tgħix f’lukanda fis-Swieqi wara li kienet ordnata tmur lura f’pajjiżha f’Settembru wara akkużi li ħatfet lil binha, Frazer.

Aqra aktar

Lino Farrugia dwar il-mewt ta’ Connie Azzopardi

Id-direttur Lino Farrugia tkellem ma’ one.com.mt. dwar Connie Azzopardi, l-attriċi li mietet fl-età ta’ 79 sena.  Magħrufa fost ħafna bħala l-oħt iż-żgħira ta’ Gemma Portelli, kif fil-fatt kienet, Azzopardi ħadmet b’suċċess f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet u sensiliet televiżivi. Fosthom Villa Sunset, wieħed mill-iktar magħrufa. 

Aqra aktar

PAQPAQLI: Paul Bailey quddiem il-Qorti

Ftit tal-mumenti ilu, akkumpanjat minn martu u mill-avukata tiegħu Giannella De Marco, Paul Bailey, ix-xufier tal-Porsche involuta fl-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina daħal il-Qorti b’rabta mal-każ.

Infurmati li Bailey ħatar lil Lou Bondi bħala konsulent biex iżommu infurmat kif taħdem il-media f’pajjiżna. Aqra aktar

X’qed ngħidu fuq Ira?

M’għandniex dubju. Dalgħodu żgur mort x’imkien u smajtjom isemmu l-Ira. Ġurnalisti u ħbieb tagħna qalulna li semgħu isem Ira f’postijiet differenti; min għand tal-grocer, min il-penalty shoot out tal-futbol u min l-iscouts. Hu x’inhu donnu kulħadd lest biex illejla jara lil Losco tispikka.

Imma fil-verità, x’qed ngħidu dwar Ira?

Aqra aktar

Jew tivvota għal Malta jew….

Sagħtejn biss ’il bogħod qabel jitla’ s-separju tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, t-tenur Malti Joseph Calleja kiteb status fuq is-sit soċjali ta’ Facebook li jiġbed l-għajn.

Huwa qal: “Min illejla ma jivvuttax għal Ira Losco jkun qed jissuġġetta ruħu li jiena, nkantalu ‘Nessun Dorma’ taħt it-tieqa tal-kamra tas-sodda tiegħu fit-tlieta ta’ filghodu!”

Aqra aktar

Send this to a friend