Jessica Sultana | One News - Part 3

Jessica Sultana

Notifiki

Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina

Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina.  Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.

L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.

“Jiena magħkom”- Theresa May lill-poplu Ingliż

“Jiena magħkom”. Hekk qalet il-Prim Ministru Ingliż Theresa May lill-poplu Brittaniku, fejn fl-istess nifs qalet ukoll li l-poplu għejja bil-logħob politiku dwar Brexit, u li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni.

Theresa May saħqet dan kollu wara li kitbet lill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, b’talba biex Brexit jiġi pospost sat-30 ta’ Ġunju li ġej.

Intant, il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qal li l-Prim Ministru May għadha qed tiċħad il-livell ta’ kriżi li nħoloq minħabba Brexit.

Sena oħra rekord fit-turiżmu

Is-sena li għaddiet kienet sena oħra rekord għas-settur turistiku ta’ pajjiżna.

Dan joħroġ mir-riżultati ta’ stħarriġ tal-MHRA li juru li għas-sitt sena konsekuttivi pajjiżna kellu rekord fil-wasliet tat-turisti bi prestazzjoni impressjonanti ħafna meta mqabbla mal-aqwa destinazzjonijiet turistiċi simili tal-Mediterran.

Aqra aktar

Jinstabu l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan li ġġarraf il-Ħadd

Instabu l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Etjopjana li ġġarraf il-Ħadd li għadda. L-apparat irkuprat mis-sit fejn iġġarraf l-ajruplan huwa t-tagħmir li jirreġistra l-vuċi tal-kabina tal-pilota tal-Boeing 737 Max 8 u r-recorder diġitali tad-dejta tat-titjira.

L-ajruplan iġġarraf sitt minuti biss wara li telaq mill-kapitali tal-Etjopja u ħalla l-157 passiġġier abbord, ilkoll bla ħajja.

Send this to a friend