Jessica Sultana | One News - Part 23

Jessica Sultana

Notifiki

Il-Maltin iħallu €40 miljun f’Għawdex – żieda ta’ 9%

Fl-elfejn u sbatax, saru kważi mitejn u wieħed u sittin elf vjaġġ minn u lejn Malta, Għawdex u Kemmuna, li tfisser żieda ta’ għaxra punt tlieta fil-mija meta mqabbla mal-elfejn u sittax.
Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li r-residenti Maltin li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna għal mill-inqas lejl wieħed, ammontaw għal tnejn u ħamsin punt erbgħa fil-mija tat-total ta’ turisti li żaru r-reġjun.

Aqra aktar

Ħidma biex jiġi indirizzat ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni

Il-ministeru għall-ambjent qiegħed jaħdem fuq għadd ta’ miżuri sabiex b’mod immedjat, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-iskips fil-qasam tal-kostruzzjoni tiġi lura għan-normal.

Dan hekk kif ħaddiema fil-qasam tal-kostruzzjoni mhux jitħallew mis-sidien tal-barrieri jordmu l-iskart tal-kostruzzjoni fil-barrieri tagħhom. 

Ir-raġuni wara dan, fi kliem il-ħaddiema nfushom, hija għax l-iskart tal-kostruzzjoni mhux ikun isseparat iżda miżgħud b’materjal imħallat fosthom ħadid. Aqra aktar

Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan

Paul Bailey, ix-xufier li kien qed isuq il-karozza Porsche Spider f’Paqpaqli ghall-Istrina tal-elfejn u ħmistax, kellu l-liċenzji kollha meħtieġa biex isuq il-karozza.

Dan qalu fil-qorti, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni sportiva tal-muturi tar-Renju Unit b’rabta mal-każ ta’ Paqpaqli li ħalla tlieta u għoxrin persuna midruba.

Aqra aktar

Tifla ta’ 9 snin imsawta b’wire tal-mobile minn ommha

Tifla ta’ disa’ snin tpoġġiet qiegħed tinżamm f’Dar ta’ Tfal wara li ommha ammettiet li sawtitha b’wire tal-mowbajl, bil-konsegwenza li ħallietilha marki fuq ġisimha li kienu nnutati minn awtoritajiet tal-iskola.

L-omm li dehret viżibbilment ikkonfonduta hija mara Marokkina ta’ 44 sena. Hi ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ammettiet li qabżet il-limiti ta’ dixxiplina. It-tifla ammettiet li l-marki li kellha kienu kkawżati minn ommha, bl-aġenzija Appoġġ kienet infurmata u rrappurtat il-każ lill-pulizija immedjatament.

Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tat il-ħelsien mill-arrest lil omm fuq depożitu ta’ €150 u garanzija personali ta’ €5000.

Il-qorti ordnat ukoll li l-mara tiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija u li titpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni li jżommha milli tersaq b’xi mod jew ieħor lejn bintha.

Send this to a friend