Jessica Sultana | One News - Part 21

Jessica Sultana

Notifiki

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ sitta u sittin sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fin-Naxxar.
Il-każ seħħ lbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq Juan B. Azzopardi, in-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-anzjan residenti Ħal Balzan waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’residenza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Vladimir Putin mistieden fl-Istati Uniti fil-Ħarifa

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump stieden lill-President Russu, Vladimir Putin biex iżur l-Istati Uniti fil-ħarifa.

Fuq twitter, Sarah Sanders qalet li d-diskussjonijiet għaż-żjara diġà bdew.

Aktar kmieni, Trump ċaħad proposta minn Putin biex jippermetti lir-Russja li tinterroga ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Id-domokratiċi tal-Oppożizzjoni qalu li m’għandu jkun hemm l-ebda taħdita oħra bejn iż-żewġ mexxejja weħidhom.

BIR-RITRATT: Priġuniera tiċħad li attakkat uffiċjal korrettiv

Priġuniera fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin ċaħdet li attakkat uffiċjal korrettiv li kienet qed teskortaha lejn l-isptar.

Lorraine Vella ta’ sitta u erbgħin sena tressqet il-qorti taħt arrest l-Erbgħa waranofsinhar, akkużata li darbet ħafif lill-uffiċjal korrettiv, li rreżistita bi vjolenza, li użat kliem oxxen fil-pubbliku, kisret il-paċi pubblika u li kienet riċediva.

Għall-mara, ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-fatt li l-mara kienet priġuniera fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Sentejn ħabs wara li attakka lill-Pulizija

Abdul Hamid Adam Zakkaria ntbagħat sentejn ħabs u weħel multa ta’ għaxart elef ewro wara li nstab ħati li attakka u fera lill-Pulizija.

Fil-Qorti huwa kien akkużat li darab żewġ Pulizija, m’obdiex l-ordinijiet tal-Pulizija, kellu sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti xehdu diversi pulizija li fissru kif ir-raġel kien intlemaħ fit-tarf tas-sur fil-Furjana u li meta niżel minn hemm u waslu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit, attakkahom b’mus.

Aqra aktar

Ħabs wara li organizza lotterija llegalment

Raġel li organizza lotterija illegali u seraq il-flus minn residenza ingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs.

Chris Farrugia ta’ sebgħa u tletin sena minn Ħaż-Żabbar kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet u akkużat li seraq flus minn residenza ta’ anzjan li darab wara li pprova jbiegħlu l-biljetti tal-lotterija.

Fil-Qorti, huwa ġie akkużat ukoll li huwa riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ żewġ sentenzi sospiżi ta’ ħabs.

Aqra aktar

Aktar minn 100 platt differenti

Aktar minn sittin parteċipant se jkunu qed jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel,  ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja.

Minn sena għal oħra dan l-avveniment qiegħed jiġbed interess kbir, kemm mill-Maltin u minn għadd ta’ turisti li jżuru l-Imdina għal dan l-avveniment.

Id-dawra tal-belt siekta, l-Imdina se tkun iddominata mill-irwejjaħ tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża, Indjana, Griega, Belġjana, Ingliża, Lebaniża u ovjament dik Maltija.

It-tjubijja, d-dettal u l-versatilita’ ta’ ‘l fuq minn mitt platt differenti ser ikunu akkumpanjati bl-ifjen deżerti Siċiljani, tradiżżjonali Maltin u oħrajn li jinżlu għasel matul il-ġranet sħan tas-sajf.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żidiet qawwija fit-traġitt bejn Malta u Għawdex

Tkompli xejra ‘l fuq fl-għadd ta’ passiġġieri u vetturi li jaqsmu l-fliegu kif ukoll fl-għadd ta’ vjaġġi li saru mill-vapuri tal-Gozo Channel.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-istaġun tar-rebbiegħa aktar minn miljun u ħames mitt elf passiġġier ivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex. Iċ-ċifri tal-NSO juru żieda ta’ aktar minn tmienja punt ħamsa fil-mija fuq l-istess tliet xhur tas-sena l-oħra. Din iżieda hija ekwivalenti għal aktar minn mija u għoxrin elf passiġġier.

B’reazzjoni għal dawn ir-riżultati pożittivi, iċ-charmain tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li l-kumpanija tinsab impenjata biex tkompli tieħu miżuri biex tlaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied ta’ vjaġġi bit-trasport tal-baħar.

Aqra aktar

Mistennija jibdew jixhdu l-esperti forensiċi

Ħadd mix-xhieda li kellhom jixhdu fis-seduta tal-Kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma’ dehru fl-awla tal-qorti, filwaqt li kien hemm oħrajn li nnotifikaw lill-Qorti li ma setawx jattendu.

B’ hekk uħud mix-xhieda mistennija jixhdu fis-seduta ta’ nhar il-Ħamis li ġej.

Fost ix-xhieda li kellhom jixhdu dalgħodu kien hemm uħud mill-esperti tal-qorti mqabda mill-inkjesta maġisterjali, bil-prosekuttur ewlieni l-Ispettur Keith Arnaud jgħid kif nhar il-Ħamis mistennija jixhdu mat-tmien xhieda fosthom esperti tal-qorti, u kif ukoll uffiċjali tal-forensika flimkien ma’ xi patoloġisti u uffiċjali mill-kumpanija VODAFONE.

Aqra aktar

Eks Ministru tħeġġeġ għal referendum ieħor b’rabta ma’ Brexit

L-eks segretarju tal-edukazzjoni fir-Renju Unit, Justine Greening sejħet għat-tieni referendum fil-pajjiż b’rabta mal-ftehim ta’ Brexit.

Hija ddeskriviet il-proposti ta’ Theresa May bħala l-agħar miż-żewġ dinjiet. Greening saħqet li d-deċiżjoni finali għandha tingħata lura lill-poplu. Dan fl-istess waqt li fissret li hemm tliet għażliet: il-ftehim tal-Prim Ministru, li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea jew inkella brejk mill-Ewropa mingħajr ebda ftehim.

Greening, li rriżenjat wara r-reshuffle tal-kabinett lura f’Jannar li għadda qalet li r-referendum għandu joffri vot tal-ewwel u t-tieni preferenza sabiex jintlaħaq konsensus.

Send this to a friend