Jessica Sultana | One News - Part 19

Jessica Sultana

Notifiki

L-Ajruport ta’ Tripli taħt attakk

Titjiriet kellhom ikunu ddevjati lejn ajruporti oħra wara li fil-Kapitali tal-Libja, Tripli, ġew sparati missili lejn l-ajruport.
Dan seħħ f’anqas minn ġimgħa wara li n-Nazzjonijiet Magħquda innegozjat waqfien mill-ġlied bejn gruppi armati fi Tripli.Aqra aktar

Elezzjoni Ġenerali fl-Iżvezja

Il-poplu Żvediż mistenni jivvota fl-elezzjoni ġenerali, b’kampanja li kienet iddominata partikolarment mill-partit kontra l-immigrazzjoni.
Mis-sondaġġi jidher li l-Partit tad-Demokratiċi żvediżi għandu 20% appoġġ u mistenni jiġi fit-tieni post, tmien snin wara li daħal fil-parlament. Aqra aktar

45 jingħataw sentenza ta’ mewt fl-Eġittu

L-Eġittu qata’ l-verdett ta’ aktar minn 700 persuna wara protesta paċifika favur fratellanza Musulmana wara li l-President Mohammed Morsi tkeċċa fl-2013. Il-qorti kkonfermat is-sentenzi ta’ mewt ta’ 45 persuna u l-għomor il-ħabs għal 47 persuna oħra, inkluż mexxejja Islamiċi.Aqra aktar

Il-Premju Soċjetà Ġusta għall-ħames darba f’pajjiżna

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa ċelebrazzjoni għall-ammont kbir ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni meħuda minn nies fis-settur tad-diżabilità f’pajjiżna.

Għal darb’oħra, dan huwa avveniment annwali li ser ikun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jseħħu waqt il-Ġimgħa ddedikata għad-Diżabilità, f’Diċembru.Aqra aktar

Jissoktaw il-protesti kontra r-riformi fil-pensjonijiet

Issoktaw il-protesti kontra r-riformi fil-pensjonijiet fir-Russja. Dan minkejja t-tibdil li sar fl-eta tal-irtirar mill-President Vladimir Putin.

Osservaturi indipendenti qalu li aktar minn għaxart elef persuna ħadu sehem fi protesti f’Moska, bi bliet oħra wkoll kienu ddominati minn demostrazzjonijet.

Il-proposta inizjali kienet biex tiżdied l-eta tal-irtirar tan-nisa għal tlieta u sittin minn ħamsa u ħamsin, u għall-irġiel għal ħamsa u sittin sena minn sittin.

Splużjoni kbira tolqot il-Kapitali tas-Somalja

Splużjoni kbira laqtet iċ-ċentru tal-kapitali Somala, Mogadishu.

Qiegħed ikun irrapurtat li l-isplużjoni, suspetata li seħħet kawża ta’ bomba ma’ karozza, seħħet fid-distrett ta’ Howlwadag.

Kawża ta’ dan, skola fiż-żona ġġarfet, bit-tfal jidher li huma fost dawk midruba. Is-Somalja tkun regolarment fil-mira tal-militanti minn al-Shabab.

L-ebda kompromess mal-UE dwar Brexit

Theresa May saħqet li mhux se tkun sfurzata tbiddel il-pjan ta’ Brexit waqt in-negozjati mal-Unjoni Ewropea.

Fil-kitba tagħha fuq The Telegraph, hija sostniet li mhux se tagħmel l-ebda kompromess li mhux fl-interess nazzjonali. Dan fl-istess waqt li wissiet li mhux se taqta’ qalbha u ċċedi għal dawk li qed isejħu għat-tieni referendum b’rabta mal-ftehim ta’ tluq mill-Unjoni Ewropea.

 

Putin iċedi biċċa fir-riforma tal-pensjonijiet

Il-mexxej Russu, Vladimir Putin ċeda ftit mill-pjan tiegħu b’miżuri anqas ħarxa fil-pensjoni.

Dan wara protesti ta’ rabja li wassluh biex l-eta tal-irtirar għan-nisa minn ħamsa u ħamsin se tiżdied għal sittin minflok għal tlieta u sittin filwaqt li għall-irġiel se tibqa ż-żieda ta’ ħames snin għal ħamsa u sittin sena.

F’indirizz rari fuq it-televiżjoni, Putin qal li l-popolazzjoni ta’ dawk fl-eta tal-ħaddiema kienet qed tonqos u allura l-bidla kienet waħda bżonnjuża.

Min-naħa tagħhom, il-Unions wissew li ħafna mhux se jgħixu biżejjed biex jieħdu l-pensjoni.

Send this to a friend