Jessica Sultana | One News - Part 18

Jessica Sultana

Notifiki

ARA: Il-PN jibqa’ jżomm l-iskema sigrieta u ta’ ħabi

Il-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda mod ġdid ta’ kif jitħaddmu ċ-ċedoli u se jibqa’ jżomm sigrieta l-ismijiet ta’ dawk li qegħdin jiffinanzjawh.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista kkonferma li se jibqa’ jħaddem l-iskema eżatt kif kien imexxiha l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Aqra aktar

Il-Fun Run lura fit-toroq ta’ Malta fl-4 ta’ Novembru

L-għaxar edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run se ssir nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2018.

F’kelmtejn waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar din l-attività fiżika annwali, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fissret kif il-fun run għandha tkun ċelebrazzjoni – ċelebrazzjoni tal-entitajiet diversi li jagħtu l-għajnuna tagħhom, ċelebrazzjoni tal-volontarjat, ta’ għaqda hekk kif dakinhar, minkejja d-differenzi kollha ta’ bejnietna, l-poplu ma jiddejjaqx ikun spalla ma’ spalla ma’ xulxin għal għan wieħed u nobbli, celebrazzjoni ta’ solidarjeta u tal-valur li stqarret li jiddentifikana bħala poplu – l-ġenerożità.  Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq u Ta’ Isfel għandhom isiru ħaġa waħda – Moon Jae

Il-President Moon Jae-in sar l-ewwel mexxej tal-Korea t’isfel li għamel diskors lill-pubbliku tal-Korea ta’ fuq meta tkellem waqt il-logħob tal-massa fi Pyongyang.

F’diskors ta’ seba’ minuti, qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom isiru ħaġa waħda, kif kienu qabel il-gwerra.

Moon jinsab fuq żjara ta’ tliet ijiem fi Pyongyang fejn iffirma ftehim storiku ma’ Kim Jong-un.

Send this to a friend