Jessica Sultana | One News - Part 16

Jessica Sultana

Notifiki

May trid tkompli tbigħ l-abbozz tagħha dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, mistennija ġġeded l-isforzi tagħha biex tbigħ jew aħjar tikkonvinċi bl-abbozz tal-ftehim b’rabta ma’ Brexit.

Hija qalet li permezz tiegħu, l-immigrazzjoni tiġi bbażata fuq il-ħiliet, bl-Ewropej ma jibqgħu jagħtu aktar prijorità lill-enġiniera minn Sydney jew dawk li jiżviluppaw is-software minn Delhi.Aqra aktar

“Is-sistema ta’ tassazzjoni mgħandhiex tfixkel investituri żgħar jew ġodda milli jikbru” -il-PM

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-istitut Malti tal-Accountants. Huwa tkellem dwar ir-rivoluzzjoni finanzjarja li qed isseħħ fid-dinja kif ukoll dwar is-sistema tat-tassazzjoni u l-ħtieġa li jinħoloq bilanċ f’dan ir-rigward.

Fisser kif l-innovazzjoni tfisser bidla li qegħdin narawha f’kull qasam fid-dinja finanzjarja u tan-negozju u li s-sistema ta’ tassazzjoni mgħandhiex tfixkel investituri żgħar jew ġodda milli jikbru.

Stqarr li teknoloġiji ġodda qegħdin jibdlu l-mod ta’ kif inħarsu lejn l-informazzjoni u kif din tiġi pproċessata.

Fisser kif id-DLT  hija sistema li tuża teknoloġija bbażata fuq cryptography.Aqra aktar

Send this to a friend