Jessica Sultana | One News - Part 12

Jessica Sultana

Notifiki

L-Ajruporti Gatwick u Heathrow b’investiment f’teknoloġiji ġodda wara l-inċident bid-drones

L-ajruporti Ingliżi Gatwick u Heathrow mistennija jonfqu miljuni fuq teknoloġija kontra d-drone wara dak li seħħ fl-ajruport ta’ Gatwick, li jinsab f’Sussex, l-Ingilterra, qabel il-Milied. L-apparat jista’ jiskopri u jwaqqaf il-komunikazzjoni bejn id-drone u l-operatur.  Mal-1,000 titjira ġew ikkanċellati fuq perjodu ta’ tlett ijiem minħabba l-inċident bi drone fit-tieni l-aktar ajruport bieżel fl-Ingilterra.

Filwaqt li l-ajruport ta’ Gatwick qal li nefaq mal-£5 miljun biex jevita attakki futuri, Heathrow ikkonferma li se tkun qed tixtri s-sistemi.

Aktar minn 140,000 passiġġier f’Gatwick ġew affettwati waqt 36 siegħa ta’ kaos bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru li għadda.

L-Istati Uniti u ċ-Ċina lejn ftehim dwar in-negozji

Delegazzjoni tal-Istati Uniti se żżur iċ-Ċina l-ġimgħa d-dieħla għal taħdidiet maħsuba biex inaqqsu l-gwerra ta’ negozju li hemm bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja. Is-sena li għaddiet, iċ-Ċina u l-Istati Uniti imponew tariffi fuq aktar minn tliet mitt biljun dollaru fuq affarijiet ta’ xulxin.

Il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun l-ewwel waħda minn mindu ż-żewġ pajjiżi qablu li ma jimponux tariffi ġodda għal 90 jum.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Ċiniż, Xi Jinping qablu mal-waqfien temporanju fl-1 ta’ Diċembru.

L-Istati Uniti trid twaqqaf ix-shutdown tal-Gvern- Donald Trump mistenni jopponi

Il-kamra tar-rappreżentanti tal-Istati Uniti kkontrollata mid-Demokratiċi vvutat biex twaqqaf ix-shutdown parzjali tal-gvern. Mossa li tidher waħda li fiċ-ċert, kienet se tkun miċħuda minn Donald Trump.

Huwa qal li ma kienx se jaċċetta l-ebda miżura li ma tipprovdix fondi għall-proposta tiegħu ta’ ħajt fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

L-ispeaker il-ġdid, Nancy Pelosi qal li mhu se jkun hem l-ebda fondi aċċessibbli għall-ħajt.

BREXIT: Il-vot finali se jittieħed f’Jannar

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jivvuttaw fuq il-ftehim ta’ Brexit tar-Renju Unit fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Din id-data ġdida ħabbrita l-Prim Ministru Ingliż, Theresa May li fissret kif l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-kwistjoni mal-Irlanda ta’ Fuq ma kinitx xi attentat biex taqbad lir-Renju Unit fuq sieq waħda, u ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex jaraw li Brexit iseħħ.Aqra aktar

“Referendum ieħor dwar Brexit jista’ jkisser il-fiduċja li għandu fina l-poplu”- Theresa May

Li jsir referendum ieħor ikun pass li jkisser il-fiduċja mal-poplu Ingliż. Din jidher li se tkun it-twissija ta’ Theresa May lill-Membri Parlamentari. L-eks Prim Ministri, John Major u Tony Blair huma fost dawk li qed iħeġġu għal referendum ġdid jekk il-membri parlamentari ma jistgħux jaqblu fuq triq ‘il quddiem.

Però l-Prim Ministru Ingliż se targumenta li ssir ħsara rreparabbli lill-integrità tal-politika jekk dan isir.

“Moviment ta’ bidla istituzzjonali wkoll”- il-PM

Storikament qatt ma kien hawn moviment f’pożizzjoni tajba li jwettaq il-bidla.

Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta fisser kif il-moviment Laburista jaħseb għall-futur billi ma jibżax ibiddel.

Huwa qal dan waqt li tkellem dwar il-bidliet fil-kostituzzjoni tal-pajjiż u l-proposta tal-Parlament Ewropew li tiġi l-Kummissjoni Venezja bħala entità indipendenti li tara x’inhuma s-sistemi ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend