Jessica Sultana | One News - Part 10

Jessica Sultana

Notifiki

Żieda ta’ kważi 6% fit-turisti li ġew f’pajjiżna

Għal xahar ieħor, pajjiżna rreġistra żieda ta’ kważi sitta fil-mija fin-numru ta’ turisti li waslu f’pajjiżna.

Dan hekk kif matul ix-xahar ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, żaru lil pajjiżna mal-mija u sebgħa u sebgħin elf turist.

Minn statistika mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika rriżulta li b’kollox saru mija, ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u tletin vjaġġ turistiku lejn pajjiżna għal skopijiet ta’ vaganza filwaqt li għoxrin elf, mitejn u tmienja u ħamsin saru għal raġunijiet ta’ negozju.
Aqra aktar

L-itwal shutdown tal-Gvern Amerikan jidħol fit-22 jum tiegħu

Ix-shutdown parzjali tal-Gvern tal-Istati Uniti sar l-itwal wieħed li qatt sar. Illum se jkun qed jidħol fit-22 jum tiegħu, biex b’hekk jikser ir-rekord tas-shutdown li kien sar bejn l-1995 u l-1996 taħt il-president Bill Clinton hekk kif dak kien ta’ 21 jum.

Il-president Donald Trump qed jirrifjuta li japprova l-baġit sakemm dan ma jkunx jinkludi fondi għall-ħajt fil-fruntiera Messikana.

Kważi kwart tal-gvern federali għadu mhux qed jopera, bi 800,000 ħaddiem qed jitħallew bla paga.

Miżuri ġodda ta’ sigurtà għall-passaport ġdid Malti

Ġie fi tmiemu l-proċess ta’ stampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura li se tintuża għall-passport Malti l-ġdid.

Pass li jfisser li aktar tard din is-sena, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se jkollhom passaport ġdid fost l-aktar avvanzati.

Ħabbret dan is-segretarju parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli waqt żjara li għamlet fl-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija De La Rue f’Basingstoke u l-fabbrika li tipproduċi l-karta, Portals De La Rue, f’Bathford ir-Renju Unit.

Aqra aktar

Ordnat iħallas €472 wara li għamel ħsara fuq bieb ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar

Serb ta’ 20 sena tressaq il-Qorti akkużat li għamel ħsara fuq bieb ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar fil-lejl tat-8 ta’ Jannar.
Fil-Qorti ntqal kif fil-ħin tal-arrest, is-Serb qal li xorob il-birra imma ma kienx xurban.  L-ispettur Spiridione Zammit li xehed fil-qorti qal li s-Serb għamel dan biex jintbagħat lura lejn pajjiżu hekk kif huwa kien qed jgħix fit-triq u xtaq li jmur lura s-Serbja.

L-avukat tal-għajnuna legali, Charmaine Cherret, qalet li l-akkużat iddispjaċiħ ta’ li għamel. Il-Qorti wieġbet li b’mod ċar dan ma kienx il-mod kif isiru l-affarijiet u li dak li sar ma kienx ġustifikat.

Petrovic instab ħati u ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sena u nofs.  Huwa kien ordnat ukoll li fi żmien sitt xhur, iħallas €472 għall-ħsarat li kkawża. Sorsi qrib il-każ qalu li r-raġel mistenni jkun ripatrijat mal-ewwel ċans.

Se jkollna passaport Malti aktar avvanzat

Ġie fi tmiemu l-proċess ta’ stampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura li se tkun qed tintuża għall-passport il-ġdid. Pass li jfisser li aktar tard din is-sena, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se jkollhom passaport Malti ġdid fost l-aktar avvanzati. Ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli waqt żjara li għamlet fl-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija De La Rue f’Basingstoke u l-fabbrika li tipproduċi l-karta, Portals De La Rue, f’Bathford ir-Renju Unit.Aqra aktar

Estiża l-Gozo Employment Refund Scheme

Għal din is-sena wkoll, se tiġi estiża l-Gozo Employment Refund Scheme. Dan qed isir hekk kif imħabbar fil-baġit li għadda.

Waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex għamlet lill-kumpanija RA & Sons Ltd. fix-Xewkija, hija qalet li din l-iskema hi ntiża biex tirrifondi sa 30% tal-paga medja sa massimu ta’ €6,000 għal kull impjieg ġdid iġġenerat f’Għawdex fis-settur privat u li jingħata kuntratt ta’ tliet snin jew aktar.Aqra aktar

20 tifel u tifla jinqatlu f’attakk fuq skola primarja f’Bejing

20 student tal-iskola primarja f’Beijing ndarbu f’attakk li seħħ fil-iskola stess. L-attakk seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu, ħin f’Beijing, bi tlett itfal qed ikunu rraġurtati li ndarbu serjament iżda f’qagħda stabbli. L-allegat agressur ġie arrestat iżda s’issa għadu mhux ċar x’kien il-mottiv li s-suspettat seta’ kellu.

L-attakk jidher li seħħ b’martell u ġara jum biss wara li raġel Ċiniż inqatel talli darab tnax-il tifel u tifla f’attakk b’sikkina f’nursery fiċ-Ċina.

Il-PM ta’ Franza bi ħsieb li jikkastiga lil min organizza l-protesti madwar il-pajjiż

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar pjanijiet biex jikkastiga nies li jorganizzaw protesti, wara seba’ gimgħat ta’ inkwiet fil-konfront tal-gvern.

Il-gvern ta’ Philippe jrid jabbozza leġislazzjoni ġdida li tipprojbixxi lil dawk li jfasslu l-problemi minn protesti u jrażżan l-ilbies tal-maskri waqt id-dimostrazzjonijiet.

Huwa qal li tmenin elf membru tal-forzi tas-sigurtà se jkunu fuq xogħolhom, lesti għall-mewġa ta’ protesti li hemm mistennija għall-jiem li ġejjin.

Send this to a friend