Jessica Sultana

Malta fit-tmun fiż-żmien “ideali” – Donald Tusk

Malta hija l-aqwa kollaboratur u qiegħda fit-tmun tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien l-ideali.

Dan stqarru l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk meta tard waranofsinhar iltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’Kastilja.

Tusk qal li dan huwa żmien diffiċli għall-Unjoni Ewropea iżda esprima sodisfazzjon li huwa propju pajjiżna li qiegħed jieħu f’idejh il-Presidenza f’dan iż-żmien.

Aqra aktar

Putin ried jgħin lil Trump jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali

Il-President Russu Vladimir Putin ried jgħin lil Donald Trump jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti.

Rapport maħruġ minn aġenzija ta’ intelliġenza fl-Istati Uniti jgħid li Putin ordna kampanja li l-għan tagħha kienet li tinfluwenza l-elezzjoni.

Filfatt ir-rapport ta’ ħamsa u għoxrin paġna jgħid li l-Kremlin żviluppat preferenza ċara lejn Trump. Dan minkejja li s’issa l-Gvern Russu għadu ma weġibx għal dawn l-allegazzjonijiet.

FILMAT: Il-pika tispiċċa f’rapporti foloz dwar moħqrija ta’ annimali – 1,100 rapport kull sena

Ta’ kull sena jsiru elf u mitt rapport ta’ moħqrija fuq annimali lid-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali.

Iżda, sebgħin fil-mija minnhom ikunu kwistjonijiet ta’ pika bejn ġirien jew qraba u l-uffiċjali tad-Dipartiment jissejħu għalxejn.

Dan żvelah Dennis Sciberras, Koordinatur tad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali waqt il-programm One News Breakfast. Qal li kif huma bosta drabi fejn isibu sitwazzjoni differenti minn dak irrapportat.

Aqra aktar

Irduppjar fis-sussidju tal-kera

Il-bidu ta’ din is-sena fisser ukoll riforma fl-għajnuna lil dawk li jieħdu l-għajnuna marbuta mal-kera.

Stephen McCarthy, il-kap eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fissrilna kif se jirdoppja s-sussidju kif ukoll l-ammont ta’ persuni li se jibbenefikaw minnu.

Dik li kienet għajnuna massima ta’ €83 fix-xahar, telgħet għal massimu ta’ €160 fix-xahar.

Aqra aktar

Jitħawlu 55 siġra oħra fil-Park Nazzjonali tal-Familja

Ħamsa u ħamsin siġra oħra tħawlu fil-Park Nazzjonali tal-Familja. Dan bħala attività simbolika tal-impenn li pajjiżna għandu fejn tidħol it-tibdil fil-klima.

Dan wara li saret kompetizzjoni għat-tfal li niedew tliet ambaxxati Ewropej, dik Franċiża, Germaniża u Olandiża li ngħaqdu flimkien għal għan wieħed.

Aqra aktar