Janice Bartolo

‘Turnaround’ fil-qasam tal-ġustizzja

Fl-2014, pajjiżna ra żieda fl-ammont ta’ kawżi u proċeduri ġodda li daħlu fil-qasam ċivili, kummerċjali u amminstrattiv. Minkejja dan, meta mqabbel mal-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna irreġistra titjib konsiderevoli fejn jidħol id-dewmien biex jinqatgħu dawn il-każijiet. Il-qabża hija ċara wkoll meta wieħed iħares lejn id-dewmien fis-sistema ġudizzjarja Maltija fis-snin precedenti.  Aqra aktar

Il-Prim Ministru fil-Ġordan

Il-politika ta’ dan il-Gvern hi li kemm jista jkun niftħu l-bibien biex negozjanti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jinvestu f’pajjiżi oħra u jġibu x-xogħol lejn pajjiżna. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat nhar it-Tnejn, fl-ewwel zjara ta’ Prim Ministru Malti fil-Gordan. 

Il-Prim Ministru beda dan l-ewwel jum t’impenji fil-Ġordan b’laqgħa mal-Prim Ministru tal-Ġordan Abdullah Ensour.

Aqra aktar

Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali

Il-blogger Daphne Caruana Galizia hija fdata mill-Partit Nazzjonalista biex tikkordina hi l-messaġġ tal-partit barra minn pajjiżna.

Dan bħala parti mill-istrateġija maqbula fid-29  ta’ Frar, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ssir ħsara lill-Gvern u lil Malta b’mod internazzjonali.

F’dinja ddominata mill-internet huwa naturali li aħbar bħal dik tal-mass meeting li sar il-Ħadd li għadda tinqabad minn xi aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.   Aqra aktar

Lejn inqas stennija għall-operazzjonijiet

Pazjenti li jaqbżu ċertu ammont ta’ stennija għal kura medika partikolari fl-isptar pubbliku, jingħataw trattament privat mingħajr ħlas.

Dan qed ikun propost f’patient charter li tnieda t-Tnejn filgħodu u li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Dan huwa dokument ta’ konsultazzjoni strutturat fuq tmien prinċipji biex jinftiehmu aħjar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjenti.

Aqra aktar

Gwida għall-familji Kattoliċi

Il-Papa Franġisku għadu kif ippubblika gwida dwar il-ħajja familjari, fejn argumenta li il-Knisja għandha tifhem aktar l-istatura ta’ familja moderna. Id-Dokument iġib l-isem ta On Love in the Family, u ġie milqugħ tajjeb mill-Kattoliċi madwar id-dinja. Dan għaliex qed iħeġġeġ lil Isqfijiet madwar id-dinja jinfiltraw dan id-dokument fl-istil ta’ ħajja taghħom u ma jiġġudikaw ebda sitwazzjoni fejn tidħol il-familja.

Hawnhekk il-Papa jikkritika ukoll l-individwaliżmu li wassal biex ħafna kattolici jikkunsidraw is-sitwazzjonijiet u is-sodisfazzjon personali taghħom aktar minn dak ta żwieghom.

Filwaqt li iħeġġeġ l-edukazzjoni sesswali fost it-tfal tal-iskola, qabel li dan għandu jkun ibbażat fuq l-imħabba.

Huwa ħeġġeġ fuq kollox sorveljanza pastorali aħjar, bhal aktar preparazzjonijiet għal koppji li ser jiżżewgu, fost oħrajn.

45 immigrant jaslu t-Turkija

Grupp ta’ ħamsa u erbgħin immigant mill-Pakistan li mistennija jintbagħtu lura f’pajjiżhom mill-Greċja, fl-aħħar ħin twasslu fil-port Tork ta’ Dikili. Dan qed isir bħala parti mill-ftehim tal-Unjoni Ewropea biex jimmansaw l-ammont ta’immigranti li qed jippruvaw jidħlu fl-Ewropa.

Madwar mitejn immigrant ieħor intbagħtu lura mill-Greċja nhar it-Tnejn li għadda, iżda il-proċess kien imfixkel minn għadd ta’ applikazzjonijiet għad-dritt tal-azil fil-Greċja. Immigranti oħrajn li għadhom ma bdewx il-proċess tal-applikazzjoni, jew li l-applikazzjoni taghħom għadha tiġi ddikkjarata invalida, mistennija jintbagħtu lura fi żmien qasir.

Nazzjonalisti attakkawh bid-diżabilita’ tiegħu

Ma kienux biss il-ġuralisti ta’ ONE news li kienu fil-mira tal-attakki vjolenti tal-partitarji Nazzjonalisti. Matthew Chetchuti, żagħżugħ b’diżabilità kien ukoll fil-mira t’attakki verbali abużivi għax kien barra l-Qorti f’ dimostrazzjoni mal-Forum Żgħażagħ Laburisti . 

One news tkellem ma’ Matthew u mal-President tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’. 

 

 

Bl-istess kriminali ‘canvassers’ t’Austin Gatt

Meta Simon Busuttil u Jason Azzopardi kienu deħlin il-Qorti, mhux biss iddawru b’eks pulizija u partitarji nazzjonalisti rashom sħuna.

Iżda kellhom magħhom ukoll uħud mill-istess persuni b’rekord kriminali li kienu jdawru lill-eks Ministru Austin Gatt. L-istess nies li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jgħassu d-Dar Ċentrali u li ma kienux ħallew jidħlu fl-istamperija persuni li kienu akkumpanjaw lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż-żmien deputat Nazzjonalista.

Fosthom Tonio Zampa, Belti b’kondotta xejn sabiħa. Fost oħrajn iffaċja akkużi b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u deher il-Qorti akkużat li attakka Pulizija. Zampa jaf sew lil Ernest Tonna, dak li Jason Azzopardi kien tah garaxx bi pjaċir meta kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-preżenza ta’ dawn in-nies, magħrufa wkoll bħala ‘bullijiet’, tixhed kif il-Partit Nazzjonalista kien lest għal kollox minbarra l-kalma. Tant li l-ewwel wieħed li agredixxa l-ġurnalisti ta’ ONE ma kien ħadd għajr missier wieħed mix-xufiera ta’ Simon Busuttil.

Quddiem il-Qorti, Dominic Attard magħruf bħala l-Gidi, għamel għall-ġurnalisti ta’ ONE, b’Simon Busuttil ma juri ebda dizaprovazzjoni u jidħol il-ġewwa. Minbarra l-persuni ta’ kondotta xejn tajba, imbagħad spikkaw ukoll dawk li mit-taxxi tal-poplu tħallsu l-mijiet tal-eluf t’ewro f’konsulenzi jew kuntratti u li għad hemm dettalji dwarhom li jridu joħorġu.

Libell ieħor minn Konrad Mizzi

Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi fetaħ it-tielet minn sensiela ta’ libelli wara rapporti qarrieqa fil-konfront tiegħu.

Illum fetah libell lil The Malta Indpendent li rrapportaw li hu ma kienx qal li hu persuna esposta politikament meta fetah it-trust tal-familja.

Mizzi ċaħad kategorikament u spjega kif bħala parti minn proċess ta’ due diligence hu kien irregistrat dan.

“L-artiklu f’The Malta Independent huwa falz,” qal Mizzi. Il-Ministru Konrad Mizzi fetah libelli ukoll lil The Times u l-Vici-Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

“Nisimgħu, nixtarru, naġixxu”

Dan huwa Gvern li dawwar paġna totalment ġdida f’ pajjiżna. Gvern li jħoss il-polz tal-poplu u jaġixxi. Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Arena.

Il-Prim Ministru qal “aħna ġejna eletti biex inkunu differnti u ħa nkomplu nkunu differnti, bit-timing li nagħzlu aħna bis-sitema li nagħzlu aħna, wara li nixtarru l-fatti, l-affarijiet kif inhuma, x’jaħsbu n-nies, l-impresjoni li għandhom in-nies u dik se tkun id-differenza li se tidher f’din il-leġislatura u kif alla jrid il-legislatura ta’ wara ”Dan għal kuntrarju tal-attiduni li kien imdorri biha l-pajjiż, meta l-Gvern kien jinjora l-leħen tal-poplu.

Aqra aktar