Janice Bartolo

“Ma kienx hijack bħal tas-soltu” – il-brigadier Maurice Calleja

Il-brigadier Maurice Calleja esprima l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-hijack tal-bieraħ.

Fosthom ikkumenta dwar il-fatt li l-armi kienu replica u dwar l-imġieba rilassata tal-ostaġġi ħirġin mill-ajruplan. Qal li fil-bidu, meta intqal li kien hijack, l-awtoritajiet ħasbu għall-agħar eventwalità, iżda irriżulta li kien episodju differenti minn hijacks normali. Jemmen li permezz tal-hijack, dawk li wettquh riedu jesprimu xi ħaġa li ma jistgħux jesprimu f’pajjiżhom.

Aqra aktar

Lura l-Manoel wara li waqa’ minn fuq il-palk

08:20 Joe Depasquale se jkun qed jirritorna lura fuq il-palk għall-pantomima ‘Puss in Boots” fis-26 ta’ Diċembru fit-3:00 ta’ wara nofsinhar. Dan ġie mħabbar f’messaġġ fuq Facebook fuq il-paġna ta’ Masquerade Malta.

Fil-messaġġ qalu li Depasquale jinsab qawwi u sħiħ u ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Dawk kollha li attendew il-pantomima ta’ dal-lejl jistgħu jakkwistaw biljetti ġodda għall-pantomima li se jkun qed jintwera fl-4 ta’ Jannar fit-8:00 ta’ filgħaxija.

Aktar Qabel: Waqt il-pantomima Puss In Boots fit-teatru Manoel illejla, l-attur Joe Depasquale waqa’ minn fuq il-palk għall-post fejn ikun hemm il-mużiċisti – waqa ta’ madwar sular ’l isfel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disa’ tal-lejla, wara li l-ispettaklu kien ilu li beda madwar tliet kwarti ta’ siegħa. L-attur, li jagħmel parti mill-grupp teatrali Masquerade, ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Ninsabu informati li jinsab f’sensieh u jidher li l-inċident ma kellux konsegwenzi gravi.

Ta’ Marsaxlokk b”ottimiżmu kbir’ wara d-deċiżjoni tal-ERA

 Wara l-laqgħa li organizzat l-ERA fil-FIoriana, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk fi stqarrija qal li jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni meħuda mill-istess bord, li permezz tagħha l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara se jinqalbu għall-gass.

Fi kliem il-Kunsill:

“Din id-deċizjoni ser issarraf primarjament f’arja aktar nadifa għar-raħal tagħna u għall-pajjiż kollu. Bla dubju ta’ xejn, deċizjoni bħal din timmerita prosit lil  min ħadem  sabiex jinqata’  I-HFO minn dan il-pajjiż darba għal dejjem”.

Aqra aktar

In-nuqqas ta’ gvernanza tajba kienet TEMA RIKORRENTI fi żmien Jason Azzopardi – jikkonferma l-Awditur Ġenerali

Ma kienx biss ir-rapport dwar bini fil-Belt Valletta ippreżentat mill-Awditur Ġenerali lill-Parlament li tefa’ dawl ġdid dwar kif fi żmien amministrazzjoni preċedenti, meta politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet kien hemm Jason Azzopardi, sar negozju mill-gvern b’rabta ma’ xiri u bejgħ ta’ propjetà.

Hemm ukoll il-bini magħruf bħala l-eks fabbrika tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi.

Aqra aktar

IKKONFERMAT: indħil politiku fil-każ tal-HSBC tal-Belt li sewa l-miljuni

  • L-Uffiċju tal-Prim Ministru fi żmien Gonzi kien kruċjali biex inxtrat art kontra l-parir tal-esperti
  • Inħatar grupp ta’ negozjar li nnegozja ħażin
  • Kienet akkwistata art b’dubji serji dwar kemm il-Gvern ħa valur għal flusu

F’Ġunju 2015, erba membri tal-Gvern fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi talbu lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-akkwist ta’ enfitewsi temporanja ta’ binja fi Triq ir-Repubblika, u x-xiri ta’ żewġ binjiet oħra fl-istess triq. Dawn kienu konnessi bejniethom u bieb ma’ bieb. 

Fl-2011, l-għan tal-Gvern tal-ġurnata kien ir-rilokazzjoni ta’ entitajiet li kienu jaħdmu mill-Palazz tal-President. Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien qabbad lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet biex jara li din ir-rilokazzjoni issir. Negozjati bejn il-Gvern u l-HSBC, għand min kienu l-propjetajiet, ikkonkludew f’April 2013, meta l-bank aċċetta l-offerta tal-Gvern: €2,360,000.

Iżda minkejja n-negozjati suppost studjati, aktar tard bdew ħierġin problemi relatati mal-binja, b’mod partikolari b’rabta mas-sistemi mekkaniċi u elettriċi. Minħabba dan il-punt, in-negozjati bejn il-Gvern u l-HSBC waqfu, bis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi jindika bil-kitba li ma jirrakkomandax li l-Gvern jidħol għax-xiri. F’Diċembru 2011, intlaħaq ftehim għat-trasferiment tal-propjetajiet għand il-Gvern, għal €2,220,000.

Aqra aktar

Tfal tal-iskola se jkollhom serje ta’ films jispjegaw ċertu kliem bil-Malti

Tfal tal-iskola li jattendu skejjel tal-gvern, tal-knisja u skejjel indipendenti, dalwaqt se jkollhom aċċess għal serje ta’ filmati li jispjegaw it-tifsira ta’ kliem speċifiċi bil-Malti, u oħrajn li jiffokaw fuq l-oriġini u t-tifsira ta’proverbji Maltin.

Dawn il-filmati edukattivi, prodotti minn FIMBank plc bħala parti mill-programm tiegħu għal Responsabilità Soċjali Korporattiva, se jitqassmu fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji f’Malta.

Din l-inizjattiva tħabbret waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi Evarist Bartolo fl-uffiċċju ewlieni tal-bank f’San Ġiljan.

Aqra aktar

ISLE OF MTV 2017: 27 ta’ Ġunju – il-festival ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin

MTV b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħabbru li l-Isle of MTV s-sena d-dieħla se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-27 ta’ Ġunju 2017.

Din se tkun il-ħdax-il edizzjoni hawn Malta. Fl-aħħar għaxar snin Malta providet l-ambjent idali għall-ikbar festival mużikali sajfi. Fi kliem Russell Samnuel minn Viacom Velicoty, li tieħu ħsieb il-kunċert, il-festival “has proven to be an extremely successful partnership with our friends at the Malta Tourism Authority.”

Huwa dan is-suċċess li wassal biex il-festival ġie ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin.

“Fejn it-tfal waqfu jibku”

“Aleppo huwa post fejn it-tfal waqfu jibku.”

Hekk jirrakkonta ġurnalist ma’ Channel 4 li żar din il-belt Sirjana u nzerta familja ftit wara li ntlaqtet il-blokka ta’ appartamenti fejn kienet tgħix. Tarbija ta’ mhux aktar minn sentejn tidher fi stat qawwi ta’ xokk imma bilkemm tista’ tibki.

Tfajjel iżomm tarbija ta’ xahar mejta f’idu u jirrifjuta li jitlaqha.

Omm tgħajjat li qatlula lill-uliedha kollha.

Eluf jinsabu maqbuda f’kundizzjoniet ta’ disprament, filwaqt li jkompli d-diżgwid dwar pjan ta’ evakwazzjoni ta’ persuni ċivili.

Aqra aktar

INĊIDENT FATALI – il-Pulizija qed titlob l-għajnuna

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. Kif marru fuq il-post sabu raġel mitluq fl-art fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan (ftit ‘l isfel mit-traffic lights ta’ Pembroke).

Ir-raġel kien jidher ferut u kellu xi dmija.  Fuq il-post issejħet ambulanza għall-assistenza iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

Aqra aktar