Janice Bartolo

Ċiklist ta’ 51 sena minn Ħ’Attard milqut minn karozza

Ħabta bejn karozza u rota wasslet biex iċ-ċiklist qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kien għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar tal-bieraħ li seħħ l-inċident fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta.

Il-ħabta kienet bejn Hyundai Accent misjuqa minn mara ta’ 58 sena residenti Ħad-Dingli u rota misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħ’Attard.

Ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċerifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Jaħbtu tliet karozzi, imbagħad tnejn oħra, qrib xulxin, fl-istess ħin u fl-istess triq

Tinstema’ drammatika, però ħadd ma’ weġġa’.

Żewġ inċidenti tat-traffiku seħħew illejla fl-istess triq, għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart.

Tliet vetturi ħabtu f’xulxin, u tnejn oħra għamlu l-istess fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa. Il-Pulizija ikkonfermat li ma kienx hemm bżonn l-għajnuna medika. Madanakollu t-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin, minħabba li l-karozzi kienu jinsabu fin-nofs.

 

Festa għal min iħobb it-tiġrijiet biż-żwiemel – imfakkar Twanny Bugeja

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna preżenta trofej lis-sidien u dawk li jsuqu ż-żwiemel, waqt l-ewwel edizzjoni tat-Twanny Bugeja Equestrian Festival. Dan sar ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa.

Il-festival kien organizzat mill-Malta Racing Club bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Finanzi, permezz tan-National Lotteries Good Causes Fund. Kif jindika isem il-festival, ifakkar ukoll fil-ġurnalist Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja. Bugeja kien kummentatur għal xejn inqas minn 37 sena – kull min isegwi t-tiġrijiet bla dubju sema’ l-leħen entużjasta ta’ Twanny Bugeja.

Apparti li l-Ministru Scicluna preżenta t-trofej lill-ħmistax-il rebbieħ waqt il-festival, ippreżenta wkoll plakka kommemorattiva lis-sinjura Bugeja u l-familja tagħha.

Hawn tista’ ssegwi ftit minuti mill-festival.

Aqra aktar

“Li qalu l-Birdlife u l-CABS huwa QARRIEQI”

Aktar minn terz tal-postijiet tal-insib tal-passat m’għadhomx fl-użu, minħabba s-sistema rigoruża ta’ infurzar. Għalhekk dak li qalu organizazzjonijiet mhux governattivi huwa qarrieq.

Dan sostnieh s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, b’referenza għal dak li qalu l-CABS u Birdlife Malta, ċioe li aktar minn terz tas-siti tal-insib din il-ħarifa mhumiex irreġistrati u huma illegali. L-NGOs (organizazzjonijiet mhux governattivi) qalu wkoll li l-bqija tas-siti permessi mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) jiksru r-regolamenti għall-ħarsien tal-habitat.

Aqra aktar

Ara ma tgħidx li ma tridx isservih it-tè…

Raġel li jmexxi ħanut tal-kafè fil-binja li tilqa’ lil ġurnal tal-oppożizzjoni Torka inżamm arrestat wara li qal li kieku jirrifjuta li jservi t-tè lill-President Recep Tayyip Erdogan.

Senol Buran, li jmexxi l-ħanut fil-binja tal-ġurnal Cumhuriyet, it-Turkija, inżamm akkużat li insulta lill-President. Iżda hu qed jinsisti li dak li qal ma kienx insult.

L-awtoritajiet Torok qed ikunu ħarxa kontra min imerihom, minn meta seħħ kolp ta’ stat f’Lulju li għadda. Il-ħaddiema tal-ġurnal kienu fost l-eluf arrestati, sospiżi jew imkeċċija mix-xogħol. Il-ġurnal huwa fost il-ftit li azzarda jippublika affarijiet kontra Erdogan.

Buran stqarr ċar mal-Pulizija: “kieku  ma nservix it-tè lill-Erdogan”.

Strina tar-rekords… jinqabżu l-€5,000,000

Meta għad baqa’ biss ftit minuti għal tmiem l-Istrina 2016, is-somma miġbura s-sena li għaddiet nqabżet sew. Nistgħu ngħidu li l-Istrina għandha rekord ġdid li jissupera l-ħames miljuni.

Dawk li għaddew kienu disa’ sigħat ta’ telfonati ma jaqtgħu xejn bil-President tar-Repubblika ma tiċċaqlaqx mill-kumpless sportiv f’Ħal Kirkop fejn baqgħet tieħu t-telefonati u tiffirma ittri ta’ ringrazzjament li se jintbagħtu lil min għen. Jgħinu biex jinġabru l-flus hemm l-appelli kontinwi ta’ nies li gawdew mill-Malta Community Chest Fund.

Ritratt – IRIS

“Jien Ramiro Mallia u għandi ħmistax-il sena” – aqra din l-ittra

Tfajjel ta’ ħmistax-il sena, li jismu Ramiro Mallia, qed jorganizza mixja jew ġirja b’risq il-Karl Vella Foundation.
Għalkemm għadu żgħir, Ramiro għadda mill-marda tal-kanċer. Għalhekk issa qed jorganizza din l-attività, li tibda għada fl-għaxra ta’ filgħodu minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Ramiro bagħat din l-ittra lill-mezzi tax-xandir – ittra li kiteb ftit ilu imma li issa sab il-kuraġġ u xerridha bit-tama li l-attività tkun suċċess.
Hija verament ittra li tmiss il-qlub.

Aqra aktar

Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied

Il-purċissjoni tal-Bambin inbdiet mill-qaddis Malti San Ġorġ Preca. Kien hu li stinka biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni u sa mill-1920 ħa ħsieb li f’kull raħal u belt lejlet il-Milied il-membri tal-M.U.S.E.U.M jorganizzaw “Dimostrazzjoni ad unur ta’ Ġesù Bambin” bil-parteċipazzjoni tat-tfal. L-ewwel Bambin li ntuża kien inġieb mill-knisja ta’ San Franġisk tal-Belt.

Din id-drawwa intgħoġbot u daħlet sew kemm f’Malta u anke f’Għawdex. Għalhekk lejlet il-Milied is-soċji tal-M.U.S.E.U.M jiġbru lit-tfal u dawn iġorru fuq spallejhom Bambin żgħir u joħorġu jduru mar-raħal bix-xemgħa, ikantaw innijiet tal-Milied. Din id-demostrazzjoni tferrxet mis-soċji tal-M.U.S.E.U.M f’diversi pajjiżi fejn is-soċjetà għandha membri tagħha jagħmlu xogħol missjunarju bħall-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, u l-Albanija.

Aqra aktar

Il-mużiċist li sar ħaġa waħda mas-sitar

Is-sitar huwa instrument mużikali li f’Malta ftit li xejn nisimgħu mużika li tindaqq minnu, pjuttost ftit li xejn issib Maltin li jafu jdoqquh. B’kurżità fittixt dwar dan l-instrument biex insir naf aktar u  fost ir-riċerka li għamilt, sirt naf b’Anthony Curmi, magħruf ukoll bħala Toni s-Sitar. Ilu jdoqq is-sitar għal żmien mhux ħażin. Tlabtu biex nagħmillu intervista sabiex  insiru nafu aktar dwaru bħala mużiċist u bħala persuna li ddoqq b’kunfidenza sħiħa s-sitar.

Fl-Indja s-sitar huwa meqjus bħala instrument sagru. Il-maġġor parti tan-nies jemmnu li min ikun qed idoqq jew jisma’ n-noti ħerġin minn dan l-instrument ikun jista’ jilħaq stat ta’ komunikazzjoni mal-allat, l-univers jew in-natura. Il-ħoss tiegħu jwassal sabiex il-bniedem jimmedita u jirrilassa. Aqra aktar

Meta waslu l-Libja, xejru bandiera oħra

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu l-passiġġieri kollha li kienu fuq l-ajruplan li lbieraħ kien maħtuf qabdu triqithom lejn il-Libja fuq ajruplan ieħor tal-istess linja tal-ajru.

Mal-wasla tagħhom, spikkat il-bandiera tal-Libja. Mhux il-bandiera ħadra li xxejret minn wieħed mill-hijackers ilbieraħ qabel inħelsu l-ostaġġi kollha, iżda l-bandiera tal-Libja illum. Dik ħadra li xxejret il-bieraħ tirrappreżenta r-reġim tal-eks mexxej Muammar Gaddafi, filwat li l-bandiera li l-oħra tirrappreżenta Libja ġdida, ta’ wara r-rivoluzzjoni.

Bnadar li jkomplu jaċċennaw għall-probabiltà li dak li seħħ kien att simboliku.

Aqra aktar