Janice Bartolo

L-2017 SE TKOMPLI TAGĦMILNA KBURIN

  • Il-Prim Ministru b’messaġġ għas-sena l-ġdida

 Is-sena l-ġdida għandha tkompli tagħmilna kburin. Qal dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, fil-messaġġ tiegħu għal bidu ta’ sena ġdida li xxandar illejla. Messaġġ li matulu mess diversi temi.

“Qed nibdew is-sena 2017 aħjar milli bdejna l-2016 għax pajjiżna huwa iktar b’saħħtu u miexi fid-direzzjoni t-tajba,” qal il-Prim Ministru li nnota kif  Malta hija wieħed mill-iktar pajjiżi stabbli fl-Ewropa. Dan b’ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa, bil-Maltin li huma l-iktar poplu Ewropew pożittiv dwar il-futur tiegħu.

Ma naqsitx referenza għal fatt li mil-lum Malta ħadet għall-ewwel darba fl-istorja tagħha t-tmexxija tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Ikollha titħassar iċ-charity ride tal-Pulizija

Iċ -Charity Ride tal-Pulizija ta’ Malta 2016, ġiet imħassra minħabba l-kundizzjoni tat-temp u s-sigurtà fit-toroq.

L-attività hija organizzata mill-Pulizija għad-dilettanti tal-muturi, biex jiġbru flus għall-Malta Community Chest Fund. L-istess attività kellha tieqaf f’nofsha s-sena li għaddiet ukoll, minħabba maltempata qawwija.

Aqra aktar

Anke tal-ġelati għenu biex inisslu tbissima!

Liema tifel jew tifla ma tifraħx meta tgħidilhom li sejrin għal xi ġelat tajjeb?

Ma kinux biss tat-taxis li għenu biex grupp ta’ tfal tnisslet tbissima fuq fommhom. Diġà irrapportajna li x-xufiera tat-taxis il-bojod żammew l-appuntament annwali tagħhom biex għat-tielet sena konsekuttiva, ferrħu lil għexieren ta’ tfal minn djar residenzjali mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Aktar minn 40 soru u carer assistew lill-130 tifel u tifla li qattgħu l-ġurnata jagħmlu attivitajiet diversi grazzi għall-inizjattiva tal-istess xufiera.

La Gelateria Tanti qasmu l-ferħ li ħassew meta kellhom l-opportunità joffru prodotti minn tagħhom lil dawn it-tfal.

Tiggustqx ġelat fil-kesħa tax-xitwa jew le, tħobbx taċ-ċikkulata, vanilla jew tal-frawli, intix kbir jew żgħir, jibqa l-fatt li l-ġenerożitżà Maltija ftit għandha paraguni.

Aqra aktar

Tiftakru lill-ALF? Tilef ħajtu wkoll

Tiftakru l-karattru ALF? Michu Meszaros, l-attur wara l-karattru mis-snin tmenin, miet fl-età ta’ 76 sena.

Mezaros kien twil biss 33 pulzier – fattizza li għenitu biex kiseb ir-rwol ta’ ALF.

Huwa sofra minn stroke il-Ħamis li għadda u kien l-isptar minn dakinhar. Il-ħabib u manager tiegħu, Dennis Varga, ikkonferma l-mewt tiegħu ftit ilu.

Aqra aktar

“Għala m’għandek QATT tħalli lit-tfal fil-karozza”

Dalgħodu żewġ karozzi ħadu n-nar il-Mosta.

Bint is-sid ta’ waħda mill-karozzi spjegatilna li l-karozza ta’ ommha kienet ipparkjata, meta waqfet ħdejha karozza oħra li ħadet in-nar hi u tinstaq. In-nirien inxterdu, b’konsgwenza li ż-żewġ karozzi spiċċaw ħadu n-nar.

B’dieqa qalet li ommha għadha kemm ġabet il-karozza, lanqas ilha ħames xhur għandha. Jidher ukoll li l-karozza l-oħra kellha madwar ħames snin biss.

Aqra aktar

Tista’ tgħin lil din il-koppja?

Ġenituri ta’ tarbija tat-twelid kellhom tmiem qares din is-sena.

Sephora, l-omm, irrakkontatilna kif marret tibdel rigal minn stabiliment f’Ħal Qormi, u kif kienet  hemm marret tagħmel xi qadi relatat mat-tarbija tagħha. Temmen li hi u ħierġa minn ħanut, waqatilha l-kartiera tar-raġel.

Minbarra li din kien fiha €200 fi flus kontanti, kien fiha wkoll il-karti tal-identità tiegħu – kemm Awstrijaċi u kemm Ġermaniżi, u l-liċenzja tas-sewqan. Iddispjaċuta, stqarret li sabiex jerġa’ jikseb dawn id-dokumenti, ikollu jmur barra minn Malta.

“Mhux qed nistenna flus lura, imma dawn id-dokumenti huma importanti ħafna” kompliet tgħidilna, filwaqt li spjegat li għandu diversi karti tal-kreditu li issa kellhom jiġu mwaqqfa.

Aqra aktar

Timijiet tal-football b’differenza ġejjin Malta għal turnew partikolari

Bejn it-tmienja u t-tnax ta’ Frar, se jkunu hawn Malta timijiet tal-football mill-Iżvizzera u l-Ġermanja.  Se jingħaqdu ma’ timijiet Maltin, biex b’kollox, għaxar timijiet tal-football se jikkompetu f’pajjiżna.

Huma timijiet speċjali, għax il-players kollha għandhom aktar minn erbgħin sena. Uħud mit-timijiet huma rinomati, bħal ngħidu aħna VfR Aalen, Old Boys Basel,  SG Hoechst Classique u t-tim nazzjonali tal-40+ minn Malta.

Se tkun l-ewwel darba li dan l-avveniment qed isir bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Aqra aktar

Angelo Gafa maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija

Angelo Gafa ngħata l-ittra tal-ħatra bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, dan wara sejħa pubblika li ħarġet fl-aħħar xhur għal din il-kariga li ġiet segwita minn proċess tal-għażla. Is-Sur Gafa ser ikun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, u flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija se jaħdem biex tiġi implimentata l-viżjoni tal-Korp. Filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija se jkun jista’ jiddedika aktar il-ħin tiegħu lejn l-investigazzjonijiet, il-Kap Eżekuttiv se jiffoka fuq il-prijoritajiet organizzattivi u prattiċi effettivi fl-immaniġjar tar-riżorsa umana.

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru

Dak li ġara jumejn qabel il-Milied seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. F’każ li jseħħ xi forma ta’ inċident bl-ajru f’territorju Malti, jeħtieġ li esperti jkun mħarrġa, kemm għal dak il-ħin kif ukoll għal waqt l-investigazzjonijiet.

Intlaħaq ftehim bejn entità Maltija li twettaq ħidma b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru, u entità simili Ingliża. Il-Maltese Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) iffirmat ftehim mal-Air Accidents Invegstigation Branch fi ħdan id-Dipartiment tat-trasport fir-Renju Unit.

L-għan hu li ż-żewġ entitajiet jikkoperaw b’rabta ma’ inċidenti bl-ajru u l-investigazzjonijiet li jseħħu wara. Flimkien se jaqsmu esperjenzi u metodi f’diversi aspetti tekniċi. Se jiddiskutu l-użu ta’ għodda adattata u t-tip ta’ riċerka li qed issir u li teħtieġ issir.

Aqra aktar