Janice Bartolo

Il-kaċċaturi Għawdxin li salvaw iċ-ċinju – APPELL IMPORTANTI

  • IL-ĦOBŻ JAGĦMEL ĦAFNA ĦSARA LIĊ-ĊINJI

Dak li qed taraw fir-ritratti huwa grupp ta’ kaċċaturi Għawdxin li salvaw ċinju li spiċċa daruh il-papri fil-limiti tar-Rabat Għawdex.

Dan sab ruħu hemm wara li l-grupp ta’ tnax-il ċinju marru f’Wied Żejta u reġgħu lura lejn Marsalforn. Madanakollu dan iċ-ċinju baqa’ hemm u kellu x-xorti ħażina li safa attakkat.

Aqra aktar

Sena “DIŻASTRU” għan-naħal – hemm irħula li spiċċaw bla għasel

Li bħalissa hawn ħafna mard, kapaċi jgħidlek kważi kulħadd.

Ħafna huma dawk li għandhom rih, uħud riefnu. Ħafna wkoll imorru għand tal-ħanut biex jixtru l-għasel, l-aktar dak ta’ Malta. Dan tal-aħħar għadu storja mediċinali twila ħafna. Fl-antik, l-Eġizzjani kienu joffru l-għasel lill-allat tagħhom, imma kienu wkoll jużawh biex jibbalzmaw fl-affarijiet u biex ifejqu feriti. Illum-il ġurnata, speċjalment għax donnha qed issir popolari t-terapija olistika, l-għasel għadu popolari, speċjalment meta bħala parti mit-trattament għall-irjiħat.

Għalhekk skantajt mhux ftit meta mort nixtri l-għasel Mellieħi, u qaluli “din is-sena m’hawnx”.

Staqsejt għaliex, u wieġbu li t-temp kien kiefer ħafna. Mhux konvinta, dort aktar ħwienet, u kważi kulħadd bl-istess risposta. Wara li spiċċajt b’għasel li mhux pur, ħassejt li kelli nistaqsi lil Alfred E. Baldacchino, li jitkellem dwar il-biodiversità.

Aqra aktar

ESKLUSSIVA: Pulizija jaqla’ xebgħa kbira

Il-Kuntistabbli mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, PC 835 Christian Agius, safa attakkat bl-aktar mod aggressiv propju għax huwa Pulizija.

L-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union Sandro Camilleri spjegalna li l-Kunstabbli kien għaddej fil-ħin liberu flimkien mat-tfajla tiegħu. Dan kien għall-ħabta tas-13.45, u l-ġrajja seħħet kif taqbeż il-mina ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn l-għassa ta’ San Ġiljan.

Bniedem magħruf ħafna mal-Pulizija, tant li kien saħansitra kien il-ħabs, beda jaqbeż il-karozzi u jsuq b’mod illegali. Dan meta taħt il-mina, ma tistax taqleb il-linji.

Aqra aktar

Membru Parlamentari Awstraljan jgħid li tant iħobb il-Maltin, li żżewweġ waħda minnhom!

Ringrose Public School tinsab f’New South Wales, fl-Awstralja. Hemm, studenti, għalliema, ġenituri, nanniet u qraba attendew bi ħġarhom biex jiċċelebraw il-kisbiet akkademiċi ta’ studenti tal-lingwa Maltija, kemm tfal u kif ukoll adulti.

Attendew ukoll membri parlamentari u figuri politiċi, li wrew l-appoġġ tagħhom lejn “Skola Maltija Sydney”.

Il-President tal-Akkademja Maltija ta’ New South Wales u tas-Saturday School of Community Languages, Charles Galea, tkellem dwar id-diversi sfidi u bidliet li qed jiltaqgħu magħhom skejjel bħal dawn. Fost oħrajn semma l-bżonn qawwi ta’ fondi. Għamel appell imqanqal biex ġenituri juru appoġġ lejn l-istudju tal-Malti, biex jintlaħqu l-ammonti neċessarji ta’ studni li jagħmlu l-Higher School Certificate fil-kors tal-Malti. B’hekk jintlaħqu l-kwoti neċessarji.

Appella wkoll biex aduli juru rieda billi jinkitbu għal dadwn il-korsijiet.

Aqra aktar

Kull inċident fatali jfakkru f’Menrick – ir-rakkont ta’ missier li jibża’ dejjem u ma jinsa qatt

Dak li ġara malli bdiet is-sena, bil-mewta traġika ta’ żagħżugħ Mosti f’inċident tat-traffiku, qanqal memorji lill-famlija Yeomans.

Binhom Menrick tilef ħajtu tnax-il sena ilu.

“Il-ħabta kienet fil-mina ta’ Santa Venera. Mietu tnejn, għalkemm tiegħi kien passiġġier. Kien għal Settembru, ġejjin minn tas-Sliema, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu” jirrakkonta missier Menrick, Godwin.

Aqra aktar

Il-Karnival se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar

Il-Karnival ta’ Malta din is-sena se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar.

Din is-sena, se jkun hemm iktar attivitajiet relatati ma’ tradizzjonijiet Maltin, b’serata minnhom se tkun iddedikata propju għal din it-tema. L-attivitajiet se jkunu ffokati kollha l-Belt Valletta, u l-grand defile bħas-soltu jibda mil-Floriana.

Se jkun Karnival b’differenza, għaliex id-dilettanti jinsabu ħerqana aktar minn qatt qabel. Dan għaliex fl-aħħar ta’ Novembru li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown.

Aqra aktar

X’jixtieq Karl Izzo għas-sena d-dieħla?

Karl Izzo huwa l-kowċ tat-team nazzjonali Malti tal-waterpolo. Ridna nkunu nafu r-riżoluzzjonijiet tiegħu wkoll…

1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?

Ir-reżoluzzjonijiet minn meta konna żgħar kienu dejjem affarijiet li konna nagħmluhom ovjament fl-aħħar tas-sena għall-bidu tas-sena l-ġdida. Is-soltu tagħmilhom u 99% ma żżommhomx, imma għall-inqas tkun tipprova tagħmilhom, tiddeċidihom biex tkun tista’ tagħmel xi ħaġa ġdida, xi ħaġa li tkun trid tagħmel għas-sena li ġejja.

2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?

Aqra aktar

L-2017 SE TKOMPLI TAGĦMILNA KBURIN

  • Il-Prim Ministru b’messaġġ għas-sena l-ġdida

 Is-sena l-ġdida għandha tkompli tagħmilna kburin. Qal dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, fil-messaġġ tiegħu għal bidu ta’ sena ġdida li xxandar illejla. Messaġġ li matulu mess diversi temi.

“Qed nibdew is-sena 2017 aħjar milli bdejna l-2016 għax pajjiżna huwa iktar b’saħħtu u miexi fid-direzzjoni t-tajba,” qal il-Prim Ministru li nnota kif  Malta hija wieħed mill-iktar pajjiżi stabbli fl-Ewropa. Dan b’ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa, bil-Maltin li huma l-iktar poplu Ewropew pożittiv dwar il-futur tiegħu.

Ma naqsitx referenza għal fatt li mil-lum Malta ħadet għall-ewwel darba fl-istorja tagħha t-tmexxija tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar