Janice Bartolo

Ilum iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija

Iċ-ċermionja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mistennija tirrifletti t-temi li Malta se tisaħaq fuqhom tul il-Presidenza.

Żfin Malta se jeżebixxu l-produzzjoni Bahr, biċċa xogħol oriġinal, li turi d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom immigranti huma u jipprovaw jilħqu xtajta Ewropej.

‘Bahr’ hija l-kelma antika għal baħar, u tissimbolizza l-mobiltà u l-identità.

ONE se jkun qed ixandar il-Presidenza b’mod dirett bil-programm Pjazza jibda fil-ħamsa u jkompli biex ixandar l-avvenimenti li se jkunu għaddejjin f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Aqra aktar

‘Fake news’ OĦRA dwar Mater Dei – TNEJN F’ĠURNATA

Fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li hemm aħbar oħra falza tiċċirkola dwar Mater Dei, din id-darba li Ivan Falzon, il-Kap Eżekuttiv, irriżenja. 
Fi kliem il-Ministru, “hawn xi ħadd qed jieħu pjaċir jidħaq bi Claudette Buttigieg u din toħroġ tippubblikahom. Imma dan disservizz lill-pazjent”. Żied jgħid li diġà ħarġu żewġ aħbarijiet foloz f’ġurnata.

RIFORMA FIL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAL-ĦWIENET

  • Ħwienet li riedu jiftħu il-Ħadd u minħabba kif kienet il-liġi, ma setgħux, se jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ħtieġa ta’ ħlas addizzjonali.
  • Il-ħwienet kollha li bħalissa mhumiex permessi li jiftħu nhar ta’ Ħadd se jkunu jistgħu jagħmlu dan bejn is-06:00 ta’ filgħodu u l-17:00 diment li jibqgħu magħluqa f’jum ieħor magħżul minnhom li jiġi kkomunikat lid-Dipartiment tal-Kummerċ.
  • Aktar flessibilità u tissaħħah il-work-life balance tal-ħaddiema kif qed jitlob is-suq tax-xogħol.

Dawn huma biss tliet bidliet imħabbra fir-rifroma fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, li se twassal għal diversi opportunitajiet, kemm għas-sidien tan-negozji, kemm għall-ħaddiema, kif ukoll għall-konsumaturi.

Aqra aktar

L-isptar Karin Grech qed jilqa’ dawk li mardu minħabba t-temp kiesaħ

L-isptar Karin Grech qed jaħdem id f’id mal-Ministeru għas-Saħħa u unjins biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq Mater Dei u pazjenti li għandhom mard serju kawża ta’ dan it-temp kiesaħ isibu post hemm.

Vitals Global Healthcare qal dan fi stqarrija, fejn Dr Stephen Zammit, kap eżekuttiv, spjega kemm huwa importanti li l-partijiet kollha jaħdmu id f’id f’dawn iċ-ċirkostanzi ‘straordinarji’.

Spjega li minkejja l-bżonn qawwi ta’ titjib infrastrutturali, il-livell ta’ kura f’Karin Grech huwa ta’ livell għoli ħafna, u l-investiment tal-Vitals f’din l-infrastruttura, ir-riżorsa umana u s-sistema tal-IT qed tkun ta’ nifs ġdid għal dan l-isptar.

 

 

Sa sitt xhur ħabs jekk issuq xurban

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici illum se jkun qed jippreżenta l-ewwel qari ta’ abbozz ta’ liġi li se jkun qed jemenda liġijiet relatati mat-traffiku sabiex insaħħu s-sigurtà fit-toroq.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament, li saret qabel l-ewwel seduta Parlamentari għal din is-sena, l-Ministru Bonnici fakkar kif nhar it-8 t’Ottubru 2016 tnediet konsultazzjoni pubblika fuq white paper sabiex il-pubbliku inġenerali u stakeholders involuti jgħaddu l-opinjoni tagħhom.

Aqra aktar

Simon Busuttil jgħajjar kemm jiflaħ imma ma jispjegax għemil Jason Azzopardi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu kemm għajjar mixtrija lil dawk li jaħdmu biex tkun implimentata l-politika tal-Gvern. Qal ukoll li dan il-Gvern ibgħabas fis-sistema elettorali. Qal li l-Pulizija huma ikkontrollati minn dan il-Gvern.

Meta tkellem fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Ħamrun, Simon Busuttil kwota kemm-il darba lill-kandidat Salvu Mallia (magħruf għall-attakki kontinwi bl-aktar kliem vulgari kontra persuni Laburisti fuq Facebook) u saħansitra tkellem dwar il-Presidenza bħala “dak li għamilna aħna” u għal darb’oħra infexx jikkritika programm li qed irendi u jħalli frott fl-ekonomija Maltija – il-programm ta’ ċittadinanza b’invetsiment.

Busuttil qal li dan huwa gvern populist, għax jagħmel hijacking ta’ istituzzjonijiet pubbliċi. “Araw din tfakkarkomx f’xi ħaġa” sostna, filwaqt li dawk li kienu qed jisimugħ instemgħu jċapċpu u jidħku.

Aqra aktar

Tintemm b’wiċċ il-ġid – tinstab mara bid-dimensja li kienet irrapportata nieqsa

Intemm b’wiċċ il-ġid l-għibien t’anzjana ta’ 71 sena, Lourdes Spiteri, li sfat nieqsa l-Qawra.

Kienu diversi persuni li jappellaw fuq is-sit soċjali Facebook biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Lourdes Spiteri għandhom iċemplu lill-Pulizija fuq 112.

Huma infurmaw lill-pubbliku li l-istess mara ssoffri mid-dimensja u jekk it-temperatura tkompli tinżel din taf tkun ta’ detrement.

 

Dar taqbad fil-Mosta

Membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu biex jikkontrolaw nirien irrapportati f’dar fi Triq EB Vella fil-Mosta.

One News jinsab infurmat li fid-dar kien hemm żewġ persuni u żewġt klieb. Jirriżulta li qabditilhom purtiera, iżda n-nirien laħqu intfew mal-wasla tal-Pulijza.

Is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

 

Il-kuntrabandu u t-traffikar tal-armi tan-nar sfida ewlenija – Carmelo Abela

L-Istati membri kollha Ewropej se jittrasponu din direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità mwettqa bl-armi tan-nar, kemm l-Istati membri individwali tal-UE kif ukoll l-UE nnifisha qed jaffrontaw żewġ sfidi ewlenin: il-kuntrabandu u t-traffikar tal-armi tan-nar fl-Ewropa minn organizzazzjonijiet kriminali, kif ukoll il-preżenza fis-suq ta’ armi tan-nar li ma jkunux ġew diżattivati kif suppost.

Aqra aktar