Janice Bartolo

AĠĠORNAT: JIEQFU N-NEGOZJATI MAL-ALITALIA

Il-Gvern dejjem kien konsistenti li ser iqabbel fejn jaqbillu fejn tidħol sħubija strateġika tal-Airmalta. Kien f’dan l-ispirtu li daħal f’MOU mal-Alitalia fis-sena 2015. Dan kien pass kuraġġjuż li l-ebda amministrazzjoni qablu ma kellha l-ħeġġa li tagħmel għalkemm illum hawn kunsens wiesgħa li hekk għandu jsir sabiex l-Airmalta jkollha direzzjoni strateġika wara l-pjan ta’ ristrutturar.
Għalhekk f’dan il-każ, il-Gvern ħass li għalkemm għamel minn kollox għal xhur twal, ma setax jasal għal sħubija li taqbel għall-Airmalta, għas-settur turistiku Malti u għal ekonomija b’mod ġenerali.

Huwa mifhum li bi ftehim bejn il-partijiet involuti, waqfu dawn in-negozjati mal-Alitalia.

Madanakollu, il-Gvern mhux ser jaqta’ qalbu u ser jibqa għaddej bil-pjan tiegħu li jġib lil Airmalta kummerċjalment vijabbli u bit-tibdil intern li dan jinħtieġ, wara li irnexxielu jnaqqas it-telf tal-istess linja tal-ajru b’mod konsiderevoli, jilħaq il-maġġoranza tal-objettivi tal-pjan ta’ ristrutturar u jieħu deċiżjonijiet kummerċjalment importanti u bżonnjużi ħafna li kienet ilha ssir prokrastinazzjoni dwarhom għal snin twal.

Intant il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Alitalia kkonfermaw fi stqarrija uffiċjali li l-Air Malta u l-Alitalia qablu b’mod konġunt li se jkunu qed jitterminaw it-taħditiet li kienu se jwasslu lil Alitalia biex issir azzjonist ta’ 49% tal-Air Malta.

L-Air Malta u l-Alitalia se tkompli tikkollabora mill-qrib kummerċjalment permezz ta’ code sharing programme estensiv li diġà jinsab fis-seħħ.

B’Simon Busuttil, kien ikun hawn nofs Malta bla dawl

Meta ftit tal-jiem ilu kien milħuq l-ogħla peak tal-enerġija ġġenerata fl-istorja, 410mW, li kieku l-Gvern ta’ widen għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kien ikun hawn nofs Malta bla dawl li kien ifisser li f’din il-kesħa li qed tagħmel, il-familji Maltin u Għawdxin ma kinux jistgħu jsaħħnu djarhom.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-Partit osserva li Simon Busuttil qed ikompli jinsisti li m’hemmx bżonn powerstation ġdida li mhux biss tfisser allura li se nibqgħu nagħmlu użu mill-aktar fuel li jħammeġ; il-heavy fuel oil, mhux biss li jkollhom jerġgħu jgħolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda hija kundanna ċara li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu jagħmel minn tal-inqas mas-700 siegħa bla dawl.

Aqra aktar

Niltaqgħu ma’ Maltija li tixtieq tbiddel kif nikkomunikaw waqt l-ikel

Xena tipika waqt ħin l-ikel (jekk għad hemm il-lussu li familja tiekol flimkien). Kulħadd għal rasu, min jara t-televiżjoni, min jilgħab bit-tablet, min għaddejn fuq il-mobile.

Xenarju li tixtieq tbiddlu Daniela Farrugia Camoin, il-fundattriċi ta’ Happy Parent.

Daniela għandha kwalifiki fuq livell ta’ Baċċellerat u Masters fil- Youth and Community Studies (Malta), Diploma f’ Personal Performance Coaching, hija iċċertifikata bħala Reality Therapist  u akreditata bħala edukatur fil-qasam tal- Mindfulness u Psikoterapista tal- Gestalt. 

Minkejja l-ħafna kwalifiċi, tkellimna magħha fuq kunċett sempliċi imma innovattiv li rnexxilha toħloq: 101 Table Conversation Starters.

Aqra aktar

Illum se tibża’? Hemm 21 miljun Amerikan bħalek!

Illum huwa l-Ġimgħa 13 tax-xahar –  jum ikkunsidrat sfortunat mis-superstizzjużi tal-punent.

Il-biża tal-numru 13 għandu isem xjentifiku: “triskaidekaphobia”; jew inkella, kelma aktar teknika, paraskevidekatriaphobia, mill-kliem Grieg Paraskevi (Παρασκευή, li tfisser “il-Ġimgħa”), u dekatreís (δεκατρείς, li tfisser “tlettax”).

Is-superstizzjoni madwar dan il-jum jista’ jkun li bdiet fil-Medjuevu, mir-rakkonti tal-aħħar ċena u l-mewt ta’ Ġesù fuq is-salib. Kien hemm 13-il individwu preżenti fid-Ċenaklu fit-13 tax-xahar,vĦamis ix-Xirka, il-lejl ta’ qabel il-mewt ta’ Ġesu nhar il-Ġimgħa l-Kbira.

Filwaqt li hemm evidenza li kemm il-Ġimgħa kif ukoll n-numru 13 kienu jiġu kkunsidrati sfortunati, m’hemm l-ebda evidenza li dawn iż-żewġ avvenimenti flimkien kienu meqjusa speċjalment sfortunati.

Hemm, però, referenza għal dan il-jum bħala wieħed sfortunat fil-biografija ta’ Gioachino Rossini, miktuba minn Henry Sutherland Edwards fl-1869. L-awtur kiteb li miet nhar il-Ġimgħa, 13 tax-xahar, u li bħal ħafna Taljani, kien iqis dan bħala jum sfortunat.

Aqra aktar

Spanja, Ċipru, Malta u Lussemburgu – x’għandhom komuni?

Huma kollha pajjiżi li skont Moody’s, huma fost l-aktar li jistgħu jkunu effetwati ħażin minn Brexit.

L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu qalet li l-Irlanda u l-Belġju huma l-aktar żewġ pajjiżi fiz-zona Ewro li għandhom probabiltà li jkunu efferwati mid-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

“Il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sigurtà dwar Brexit u kif se jkun trattat il-proċess se jħalli effett fuq in-negozji u l-kunfidenza tal-konsumatur” qalu l-analisti ta’ Moody’s, immexxija minn Sarah Carlson, f’rapport ippublikat ilbieraħ.

Aqra aktar

Abort minn taħt? Jistaqsu l-Life Network Foundation

Abort minn taħt. Hekk qed jissuġġerixxu dwar l-introduzzjoni tal-Morning After Pill f’pajjiżna l-Life Network Founation.

Dawn tal-aħħar se jorganizzaw diskussjoni pubblika, bil-mistieden ewlieni jkun riċerkatur u tabib minn Università Taljana. Saħansitra qed tintbagħat email lil studenti Universitarji dwar din id-diskussjoni.

Preċedentemnt, l-istess Fondazzjoni kienet insistiet li ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja tista’ jkun ħati li kkommetta rejat.

L-Awtorità tal-Mediċini iddeċidiet li l-morning-after pill Ella One tista’ tinxtara mingħajr il-preskrizzjoni tat-tabib. Dan wara moviment nazzjonali li argumenta favur id-dritt tal-għażla,u wara diversi argumenti li qalu li l-pillola mhix abortiva. Il-Ministru Helena Dalli kienet fost dawk li ma qabiltx mal-bżonn ta’ preskrizzjoni ta’ tabib biex wieħed jixtri l-pill f’każ ta’ emerġenza. Infatti llum tista’ tixtri l-pill mingħajr din il-preskrizzjoni – pass li jtawwal iż-żmien meta din il-pillola tkun effettiva.

Aqra aktar

“Viva Malta”, in-nawfraġju ta’ San Pawl, u realiżmu – diskorsi qabel iċ-ċerimonja li tat bidu għall-programm Malti

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza, Ian Borg, qal li Malta tinsab fit-tmun, u huwa mument storiku għal pajjiżna, li se tassumi l-ikbar rwol. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa ta’ ħafna nies li rringrazzja.

F’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Borg qal li “din hija l-Presidenza tagħkom iċ-ċittadini”. Qal li se ssir ħidma favur ħidma tanġibbli għal kulħadd, u min hu. Stqarr li l-politiċi mhux dejjem iwasslu l-impatt dirett tal-Unjoni Ewropea bl-aħjar mod, u teħtieġ li tiddawwar ir-rotta, biex iċ-ċittadin ikun fil-qalba tal-Ewropa. “Aħna ottimisti, għalkemm realistiċi”. Qal li Malta ma toffrix biss xemx u baħar, imma nies ta’ talent li ma jaqtgħux qalbhom mill-isfidi. “Malta lesta, u dan grazzi għalikom” temm jgħid Borg.

Aqra aktar

In-‘name tags’ importanti biex ma jidħlux stranġieri l-MCAST

Il-kulleġġ MCAST irrisponda għal dak li qal il-Kunsill tal-Istudenti, ċioe li opponew għall-ilbies ta’ identification cards meta jkunu fuq il-campus.

Ikkjarifika li dan huwa pass li jittieħed biex tkun żgurata s-sigurtà tal-istudenti u l-ħaddiema. Hija miżura li kienet introdotta wara serje ta’ inċidenti, meta persuni mhux awtorizzati daħlu l-MCAST flimkien ma’ xi  studenti oħra.

Din mhix aċċettabbli, u l-miżura tat-tags kienet  pass ieħor fost numru ta’ miżuri li qed jieħu l-MCAST. Sostnew li din hija xi ħaġa ‘standard’ u li se ssir laqgħa mal-Kunsill tal-istudenti biex tkun spjegata fin il-miżura.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jibda bl-impenji tiegħu hawn Malta

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker beda bl-impenji tiegħu hawn Malta.

Dalgħodu wasal il-Palazz ta’ San Anton fejn iltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro tkellmet dwar il-viżjoni tagħha u x-xewqa li l-Ewropa tkun aktar magħquda. Spjegat kif tixtieq li l-Unjoni Ewropea tkun aktar għan-nies.

Aqra aktar

ILLUM TIDĦOL L-EWWEL KONSENJA TA’ GASS

Illum tidħol l-ewwel konsenja ta’ gass f’pajjiżna, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bħala parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern fejn tidħol enerġija.

Konsenja storika għax tfisser li pajjiżna mhux se jibqa’ jiddependi fuq il-heavy fuel oil u se jibda juża l-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu.

F’Dellimara hemm preżenti l-Ministru responsabbli mill-proġett, Konrad Mizzi, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič.

Aqra aktar