Janice Bartolo

Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

Pijunieri: Euronews jiġu Malta biex jistudjaw is-sistema ta’ childcare bla ħlas

Euronews, permezz tal-programm Real Economy, ħassew li hemm bżonn jivestigaw il-passi li qed jittieħdu biex ommijiet u missirijiet Ewropej ikollhom ambjent li jippermettilhom ikollhom it-tfal. Pass li osservaw huwa importanti ħafna, meta tqis kemm il-poplazzjoni Ewropea qed tixjih.

Ħassew li l-aħjar post fejn jinvestigaw dan kollu huwa Malta. 

Mhux kumbinazzjoni, iżda kif spjega l-Ministru Edward Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Maithreyi Seetharaman, il-passi li ħadet Malta fejn jidħol childcare bla ħlas qed iħallu impatt reali.

Aqra aktar

“Busuttil ħass li lanqas biss għandu jsemmi l-Air Malta; aħseb u ara kemm kellu pjan għaliha!”

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija qal li jinnota l-konferenza tal-aħbarijiet li indirizza llum il-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għall-istqarrija ministerjali dwar l-Air Malta li għamel ilbieraħ il-Ministru Edward Zammit Lewis fil-Parlament.

Il-Ministeru jfakkar li, f’inqas minn għaxar xhur, il-Ministru Zammit Lewis għamel tliet stqarrijiet ministerjali dwar l-Air Malta, u kien għad-dispożizzjoni għad-domandi kollha mill-membri tal-Oppożizzjoni.

Innota li huwa ferm ironiku li din l-istqarrija ġejja mid-deputat Claudio Grech, li kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Austin Gatt, liema eks Ministru huwa wieħed mill-protagonisti li wassal sabiex l-Air Malta tħalliet f’sitwazzjoni ta’ falliment. Min-naħa l-oħra, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Antoine Borg kien jieħu ħsieb il-finanżi tal-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Għalhekk, wieħed iħalli f’idejn il-pubbliku kemm għandu kredibilità l-Partit Nazzjonalista li jitkellem dwar l-Air Malta.

Aqra aktar

1.5 MILJUN RUĦ segwew x’kellhom xi jgħidu t-Taljani dwarna

“Gżira interessanti ħafna” – hekk kellha xi tgħid il-preżentatriċi tal-programm Dreams Road, wara li vjaġġat madwar Malta bil-mutur. Il-programm rawh xejn inqas minn miljun u ħames mitt elf persuna. Fost oħrajn kellhom ħafna kliem ta’ tifħir għall-gżira Għawdxija u għall-miżuri favur l-ambjent li qed jittieħdu hemm. Qalu li dawn huma passi li għandhom iservu ta’ eżempju. Daru dawra sew mal-gżejjer Maltin, kif tista’ tagħmel int ukoll bill tagħfas dan il-link.

Aqra aktar

ESKLUSSIVA: Riħa ta’ gass qawwijja mill-letter box u anzjana mitlufa minn sensiha ġewwa

Dalgħodu, għall-ħabta tas-07:00,  infermiera li tmur tassisti lill-anzjani marret għand anzjana ta’ disgħin sena fir-residenza tagħha f’St Nicholas Street, Sliema.
L-anzjana ma bdietx tiftah il-bieb. L-infermiera bexxqet il-letter box u xammet riħa qawwija ta gass. Minnufieh ċemplet l-għassa ta tas-Sliema u dawn marru jiġru fuq il-post is-surgent PS 928 Ramon Mifsud Grech, flimkien ma żewg Kuntistabblijiet.
Dawn ikkonfermaw ir-riħa u l-fatt li ħadd ma beda iftaħ, u iddecidew li jiżgassaw il-bieb. Hemm sabu lill-anzjana mitlufa minn sensiha burner minn tal-cooker bil-gass ħiereġ.

“FABBRIKAZZJONI” – il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dwar l-allegazzjonijiet serji tal-Mument

B’referenza għal dak li deher illum fil-Mument dwar trattament ta’ resident partikolari fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-amministrazzjoni tal-Faċilità tagħmilha ċara li hija gidba assoluta u bla bażi, li fit-tmexxija tal-Faċilità  tagħmel xi diskriminazzjoni abbażi ta’ twemmin politiku jew għal xi mottiv ieħor fil-konfront ta’ xi resident.

Il-Faċilità fakkret li l-operat tagħha huwa  wieħed ta’ dixxiplina u sigurtà .

Aqra aktar

Ara l-qerda tan-nirien fil-Mosta

Vettura nqerdet minn nirien wara li ħadet in-nar f’showroom tal-karozzi fil-Mosta. Il-każ seħħ għall-ħabta 05:40 kmieni dalgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.

It-triq ingħalqet għal ftit ħin imma infetħet għall-ħabta tas-06:15.

Il-vettura li ħadet in-nar inqerdet għalkollox, numru ta’ vetturi li kienu fl-istess showroom ġarrbu xi ħsarat ukoll. Mhux magħruf x’seta kkawża n-nirien.

Aqra aktar

“Ħaddieħor jitkellem dwar it-trasparenza, aħna nwettquha”

Il-Gvern ma jistax jippublika l-kuntratt tal-Lottu, għax il-mod kif sar il-ftehim jagħti lok għas-segretezza. Anke l-privatizazzjoni taċ-ċilindri tal-gass u partijiet sostanzjali mill-kuntratt dwar l-Airport.

Dan kollu fakkru l-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt attività politika f’Marsascala.

Għall-kuntrarju,  “ħa nkunu l-ewwel Gvern li ha jkun ippublika l-kuntratti kollha maġġuri tiegħu” qal il-Prim Ministru, filwaqt li qal li ħaddieħor jippriedka t-trasparenza, imma dan il-Gvern iwettaqha.

Fi ftit tas-snin oħra, it-tanker tal-gass ikunu tneħħa u jkunu hemm pipeline li jgħaqqad lil Malta mal-Italja.

Aqra aktar

“L-aktar affarijiet importanti huma dawk li jolqtu lill-poplu Malti u Għawdxi ta’ kuljum” – JM

Waqt attività politika f’Marsaskala, il-Prim Ministru qal li jinsab kburi bil-poplu Malti, li lil hinn mill-firdiet politiċi ta’ kuljum, meta jiġi l-jum ta’ sejħa nazzjonali, ma joqodx jara partit jew ieħor, imma jara biss lill-Malta tagħna.

Stqarr li qed issir bidla li n-nies qed iħossu fil-bwiet tagħhom, fi mnifsejhom, u li jitkellmu dwarha meta jkunu madwar il-mejda tal-ikel. Bidla li tolqot lill-pensjonanti, lill-persuni li qed jixtru dar għall-ewwel darba, lill-omm li tagħmel kuraġġ u toħroġ taħdem u lil min jiġi bżonn il-mediċini. Pulizija jew suldati llum għandhom id-dritt ikollhom min jaqbeż għalihom. Dan meta qabel ma setgħux jidħlu fi trade union. Kien hemm drittijiet oħra, bħall-dawk għal persuni divorzjati, persuni omosesswali. Min kien jirreżisti dawn il-bidliet, illum jintebaħ li huma bidliet ovji.

Issa daħlet il-bidla fil-ħinijiet tal-ħwienet, biex m’hemmx aktar sistema ta’ burokrazija u taħwid. Anke ħanut żgħir jista’ jkollu niċċa fejn jista’ jopera u jifhem il-viċinat tiegħu.

Aqra aktar

Allegat li surġent tal-Pulizija ilu snin JISRAQ lill-Pulizija

Surġent li kien jieħu ħsieb il-kċina ta’ Kandja u tad-Depot tal-Pulizija instab li ffroda €36,000 f’sena waħda biss. Dawn il-frodi, li ninsabu informati li s-surġent ammetta, ħarġu fil-beraħ wara li għall-ewwel darba sar eżerċizzju ta’ awditjar.

Sorsi informati tajjeb qalulna li  l-frodi ilhom għaddejjin snin twal, iżda huwa issa li qed isir l-awditjar li qed joħorġu fil-beraħ. Sorsi oħra qalulna li s-surġent kien jhedded lill-Pulizija oħra biex ma jidħlux membri f’unjins, u kien hemm sens ta’ biża biex ħadd ma jitkellem. L-awditjar qed isir issa fuq insistenza tal-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union.

Aqra aktar